Home Net News Akkużi serji ta’ rregolaritajiet fil-Kunsill Laburista ta’ Santa Venera

Akkużi serji ta’ rregolaritajiet fil-Kunsill Laburista ta’ Santa Venera

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera ġie mġiegħel iħassar u jerġa’ jibda l-proċess biex jintagħżel Segretarju Eżekuttiv – u dan minħabba li nstab li l-proċess tal-għażla seta’ kien wieħed ivvizjat.

F’komunikat
uffiċjali li nħareġ mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, ġie deċiż
li l-proċess seta’ kien wieħed ivvizjat fid-dawl ta’ diversi
allegazzjoni fil-konfront tas-Sindku tal-Kunsill Lokali Santa Venera
Stephen Sultana.

Kollox
beda meta l-Kunsillier Lokali f’isem il-Partit Nazzjonalista Darren
Carabott għamel rapport mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, fejn
ġibed l-attenzjoni ghal dawk li fl-opinjoni tiegħu kienu numru ta’
rregolaritajiet li assolutament ma kienux aċċettabbli.

Fost
l-oħrajn, Carabott allega fl-ittra tiegħu li waqt l-għażla bejn
żewġ kandidati biex jokkupaw din il-kariga, is-Sindku Laburista
Stephen Sultana qal li ma jridx li s-Segretarju Eżekuttiv li
tintgħazel tkun mara… u dan minħabba dak li hu sejjaħ esperjenzi
qarsa li kellu l-istess Kunsill fil-passat ma’ nisa li okkupaw
il-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv.

Dak
li qal is-Sindku Stephen Sultana mhux biss imur kontra l-liġi
tal-Ugwaljanza u kontra l-Liġi tal-Impjiegi iżda jmur ukoll kontra
l-Linji Gwida għall-Ħatra ta’ Ufficjali Pubblici.

Din id-deċiżjoni daħħal dubju wkoll fl-istess Stephen Sultana li minbarra li huwa Sindku Laburista, ġie appuntat minn dan il-Gvern bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli; dubji jekk hu għall-ħatriet f’dan l-Isptar jużax l-istess riga li pprova juża għall-ingaġġ tas-Segretarju Eżekuttiv ġdid tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera.

The post Akkużi serji ta’ rregolaritajiet fil-Kunsill Laburista ta’ Santa Venera appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here