Home Newsbook 4,000 vjaġġ iżjed bejn Malta u Għawdex fl-2019

4,000 vjaġġ iżjed bejn Malta u Għawdex fl-2019

5
0
SHARE
Advertisement

Is-sena 2019 rat iżjed nies jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex, b’żieda ta’ 4,012 vjaġġ mill-2018, jiġifieri bi 17%.

Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Fl-2019, il-vjaġġi bil-karozzi bejn iż-żewġ gżejjer żdiedu b’123,007 jew 7.4%, filwaqt li l-għadd ta’ nies li vvjaġġaw żdied b’159,462 jew 2.8%.

Ix-xahar li ra l-iżjed ivvjaġġar baqa’ Awwissu, b’total ta’ 2,802 vjaġġ jew 10.1% mit-total tas-sena. F’Awwissu vvjaġġaw 187,536 vettura u 649,878 passiġġier.

L-iżjed ġranet impenjati tal-ġimgħa kienu l-Ġimgħa u s-Sibt miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr, u s-Sibt u l-Ħadd mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa.

Fl-aħħar kwart tas-sena, kien hemm 1,355,243 passiġġier li vvjaġġa bejn Malta u Għawdex. Minn dawn it-tliet xhur, kien Ottubru li ra l-iżjed nies, peress li vvjaġġaw 533,020 persuna jew 39.3% mit-tliet xhur sħaħ.

Fi stqarrija maħruġa f’Jannar, il-Ministeru għal Għawdex qal li minn Diċembru 2019 sal-5 ta’ Jannar 2020 qasmu b’kollox 520,439 passiġġier u 165,680 vettura. Fl-istess perjodu tas-sena ta’ qabel qasmu 501,907 passiġġier u 156,343 vettura.

The post 4,000 vjaġġ iżjed bejn Malta u Għawdex fl-2019 appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here