Home Net News Mixli li agredixxa lil sieħbu b’mus

Mixli li agredixxa lil sieħbu b’mus

2
0
SHARE
Advertisement

Raġel li allegatament ta daqqa ta’ mus raġel li jgħix miegħu fl-appartament wara argument jaħraq, inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti mixli li wettaq dan ir-reat nhar il-Ħadd li għadda.

Paul Adam Cinato ta’ 43-year sena minn Luton, l-Ingilterra, ġie mixli quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li fera gravament lil sieħbu, mingħajr il-ħsieb li joqtlu, li nsulentah, heddu u li kellu strument u li jaqta bil-ponta mingħajr permess. Huwa ġie mixli wkoll li għamel użu ħażin minn tagħmir elettroniku.

Huwa ġie mixli wkoll li seraq mobajl f’Novembru li għadda. L-Ispettur Colin Sheldon li mexxa l-Prosekuzzjoni spjega kif l-inċident ta’ nhar il-Ħadd seħħ għall-ħabta tad- 9:30am meta allegatament beda argument bl-akkużat juża ‘penknife’.

Iż-żewġt irġiel kienu qegħdin joqgħodu f’hostel f’The Strand, ġewwa tas-Sliema, fejn kienu qegħdin jaqsmu l-appartament ma’ persuni oħra. Qabel ma seħħ l-inċident allegatament, Cinato bagħat messaġġi ta’ theddid lill-allegata vittma.

Wara l-inċident l-akkużat ħarab minn fuq il-post iżda mar lura fl-appartament ftit wara. Huwa ġie arrestat u ttieħed l-Għassa tal-Pulizija. Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih, u baqa’ miżmum taħt arrest preventiv. L-Ispettur Colin Sheldon ressaq lill-Ingliż filwaqt li l-Avukat Martin Fenech għamillu d-difiża.

The post Mixli li agredixxa lil sieħbu b’mus appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here