Home Newsbook L-Ekonomija mhux f’idejn Cardona; impjegati jbattlu l-uffiċini

L-Ekonomija mhux f’idejn Cardona; impjegati jbattlu l-uffiċini

0
0
SHARE
Advertisement

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona mhux se jingħata l-portafoll tal-Ekonomija fil-kabinett tal-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela. Mhux eskluż li Cardona ma jkunx parti mill-Kabinett.

Għadu mhux magħruf għaliex Cardona tneħħielu dan il-portafoll. Madanakollu l-istess sorsi qed jgħidu li hemm pressjoni biex jingħata xi pożizzjoni. Qed jissemma fost l-oħrajn li jista’ jingħata l-portafoll għat-Turiżmu.

Sorsi fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, li sal-jiem li għaddew kien immexxi minn Dr Chris Cardona, qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-impjegati fis-Segretarjat ta’ Cardona qed jippakkjaw l-affarijiet personali mill-uffiċini tagħhom.

F’temp ta’ ftit sigħat, illum wara nofsinhar, Dr Cardona daħal darbtejn f’Kastilja, l-ewwel darba waħdu u t-tieni darba ma’ uffiċjal fis-Segretarjat tiegħu, Joe Gerada.

Fis-26 ta’ Novembru li għadda, Chris Cardona ssospenda lilu nnifsu minn Ministru wara laqgħa tal-Kabinett f’Kastilja.  Huwa ssospenda lilu nnifsu wkoll mill-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.

Dan wara li fit-23 ta’ Novembru, Newsbook.com.mt żvela li Cardona ġie interrogat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, fost l-oħrajn dwar il-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Sorsi infurmati kienu qalu ma’ Newsbook.com.mt li meta bagħtu għalih il-Pulizija, Chris Cardona kien cautioned, jiġiferi mwissi li kulma jgħid jista’ jintuża kontra tiegħu.

L-investigazzjoni ffukat ukoll fuq dak li żvelat
Caruana Galizia dwar il-preżenza tal-Ministru Cardona fil-każ tal-Burdell
Acapulco fil-Ġermanja, meta suppost kien waqt xogħol.

Il-każ ta’
Acapulco

Jaqgħu l-libelli ta’ Cardona fil-każ ta’ Acapulco

Filmat: Cardona m’għandu xejn xi jżid dwar Acapulco

Fl-1 ta’ Diċembru, il-Partit Laburista ħabbar fi
stqarrija li Chris Cardona kien qed jirritorna bħala Ministru u Deputat Mexxej.

The post L-Ekonomija mhux f’idejn Cardona; impjegati jbattlu l-uffiċini appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here