Home Newsbook Il-Messiku u l-Guatemala jipprotestaw kontra l-Ftehim tal-Amerika dwar l-emigranti

Il-Messiku u l-Guatemala jipprotestaw kontra l-Ftehim tal-Amerika dwar l-emigranti

6
0
SHARE
Advertisement

Emigrazzjoni fl-Istati Uniti li biha
dawk li qed ifittxu ażil se jintbagħtu fil-Guatemala sakemm it-talbiet tagħhom
ikunu proċessati fl-Istati Uniti.

Guatemala is-sena li għaddiet kellha
tiffirma ftehim mal-Istati Uniti, wara li l-amministrazzjoni tal-President
Donald Trump wissa’ lill-Gvern li jwaqqaflu kull għajnuna lil-Amerika tagħti
lill-Guatemala jekk ma taċċettax dan il-ftehim.

L-Amerikani qed jinsistu li sriebet
ta’ emigranti mill-Amerika Ċentrali li jgħaddu mill-Guatemala biex jaslu
fil-Messiku biex imorru fuq il-fruntiera mal-Istati Uniti biex jitolbu ażil
għandhom jintbagħtu lura fil-Guatemala u joqgħodu jistennew hemm sakemm
ikollhom risposta għat-talba tagħhom.

Ftit aċċettati

Huma ftit dawk li se jgħaddu minn dan
il-proċess li għandhom tama li t-talba tagħhom għal ażil tkun aċċettata
mill-amministrazzjoni Amerikana.  Issa
d-Dipartiment tal-Istat Amerikan qed jgħid li dan se jibda japplika wkoll għal
xi Messikani li jfittxu ażil. 
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Messikan ikkritika dan l-iżvilupp.
Il-Messiku qed jirrifjuta bil-qawwa kollha li jsir dak li jissejjaħ “third
nation safe haven”.

Il-ftehim bejn il-Gvern Amerikan u
dak tal-Guatemala kien iffirmat mill-ex President Jimmy Morales. Iżda
l-President il-ġdid tal-Guatemala Alejandro Giammattei, li se jieħu l-ġurament
aktar tard dan ix-xahar iddikjara li se jara mill-ġdid dan il-ftehim.  Dan aktarx joħloqlu problemi mal-Istati
Uniti.

Madankollu, l-awtoritajiet
tal-Guatemala qed jinsistu li huma m’għandhomx flus u faċilitajiet biex ilaġġqu
mal-mewġa tal-emigranti li qed ifittxu ażil, li b’dan il-ftehim jistgħu
jispiċċaw idumu f’pajjiżhom għal tul ta’ żmien. Il-Honduras u El Salvador ukoll
iffirmaw ftehim simili mal-Istati Uiti.

Anke l-Messiku ffaċċja sanzjonijiet
mill-Istati Uniti imma rnexxielu jnaqqas b’mod sinjifikanti in-numru ta’
emigranti mingħajr dokumenti billi bagħat eluf ta’  suldati fuq il-fruntieri biex ma jħallux
emigranti jidħlu f’pajjiżhom. Filwaqt li sa ftit żmien ilu, eluf kbar ta’
emigranti kien jirnexxielhom jaslu f’Mexico City u jagħmlu kampijiet
fl-istadium tal-futbol, qabel ikomplu triqthom lejn il-frunitiera Amerikana,
illum ħadd jew ftit qed jirnexxielhom jaslu sal-kapitali Messikana.

The post Il-Messiku u l-Guatemala jipprotestaw kontra l-Ftehim tal-Amerika dwar l-emigranti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here