Home Net News Erba’ snin ħabs, friża tal-assi u multa wara li ammetta li ttraffika...

Erba’ snin ħabs, friża tal-assi u multa wara li ammetta li ttraffika d-droga

0
0
SHARE
Advertisement

Erba’ snin ħabs, friża tal-assi u multa wara li ammetta li ttraffika d-droga

Raġel ta’ 31 sena ġie kkundannat erba’ snin ħabs, kellu l-assi kollha ffriżati u ġie mmultat is-somma ta’ €15,000 wara li ammetta flok għadda ġuri li f’jum San Pawl ta’ 10 snin inqabad fil-fatt mill-Pulizija bid-droga f’Birkirkara. Dan wara ftehim li kien sar ma’ persuni oħra fosthom żewġt aħwa.

Quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti Neville Mamo ammetta li fl-10 ta’ Frar tal-2010 u fil-ġranet ta’ qabel, flimkien ma’ persuni oħrajn ftiehem biex ftit anqas minn ħames kilo droga tispiċċa fis-suq Malti u tiġi mibjugħa għad-dannu ta’ diversi persuni u biex isir qliegħ minn attività lleċità.

Kien fit- 8 taFrar, ta' 10 snin ilu li beda jsir il-ftehim bid-droga li kienet tikkonsisti f'20 sapuna kannabis, tibda tiġi traffikata minn garaxx fi Triq Ignazio Saverio Mifsud ġewwa Birkirkara.

Kienet tqabdet ukoll persuna biex iġġorr baskett sal-post fejn kien se jsir il-bejgħ u din inġarret Tas-Swatar sa Birkirkara, u ta' din il-biċċa xogħol illegali wieħed mill-persuni kellu jitħallas €100.

Dan kien saq vettura Volkswagen, u li fiha kien hemm il-baskett kontenenti d-droga raża tal-cannabis u mar fit-triq imsemmija. Wara l-persuna kellu jmur fil-post, u daħal fil-garaxx fejn effettivament kellu jiġi fis-seħħ dan it-traffikar ta droga.

Madanakollu l-Pulizija kienu jafu bdin l-attività llegali u kienu qegħdin jaraw u josservaw dak kollu li kien qiegħed jigri f' dawk l-inħawi, u fil-fatt daħlu fil-garaxx u hemm sabu lil persuni. Neville Mamo u tnejn oħra kellhom fil-pussess tagħhom baskett kontenenti bid-droga raża tal-kannabis.

F'dan il-basket il-Pulizija sabet dsatax-il sapuna fammont totali ta4,736 grammi raża meħuda mil-pjanta kannabis bil-purità ta 7.2% u valur tamadwar €30,358. Neville Mamo ftiehem ma' ħaddieħor li jibdew imexxu, jittraffikaw u jfornu d-droga kannabis lil terzi fil-Gżejjer Maltin.

#Wieħed mill-irġiel avviċina u nforma lil persuna oħra li kien lest jagħmel l-arranġamenti kollha neċessarji sabiex ibiegħlu ammont sostanzjali ta droga għal prezz ta€13,500. Wieħed mill-irġiel aċċetta li jixtri 20 sapuna biex imexxiha.

Fl-10 ta Frar 2010 l-Pulizija kienet għamlet ukoll tfittxija f’karozza Seat Ibiza ta’ wieħed minn dawk li bdew jiftehmu u hemm instabu xi biċċiet ta` raza tal-kannabis. Huwa ammetta wkoll li fil-pusses tiegħu kellu wkoll id-droga eroina.

Il-Qorti qieset il-fattur tal-ammissjoni bikrija tal-imputat u kkundannatu għal terminu ta’ priġunerija ta’ erba’ snin, multa ta’ €15,000 u l-konfiska favur il-Gvern ta’ Malta ta’ kull flejjes u proprjeta’ mobbli w immobbli tal-ħati.

The post Erba’ snin ħabs, friża tal-assi u multa wara li ammetta li ttraffika d-droga appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here