Home Newsbook “Daqshekk uġigħ u tbatija”

“Daqshekk uġigħ u tbatija”

3
0
SHARE
Advertisement

Puttinu Cares illum sellmu lil Noah Seionti, tifel li x-xahar id-dieħel kien se jagħlaq 6 snin. Għal dan iċ-ċkejken il-parti knir minn ħajtu qattgħha jiġġieled ma’ kanċer li kien ilu fuqu għal dawn l-aħħar 4 snin.

It-tumur li kellu Noah kien f’rasu u bl-għajnuna ta’ Puttinu Cares siefer kemm-il darba lejn l-Ingilterra fejn hemmhekk kien jingħata l-kura.

Puttinu Cares sellem lil Noah u f’kitba li tinsab fuq il-paġna tagħhom rrimarkaw li issa “daqshekk uġigħ u tbatija”.

Ritratt: Facebook/PuttinuCares

Noah ibbenifika wkoll mill-Malta Community Chest Fund Foundation.

S’issa m’hemmx dettalji dwar il-funeral però jingħad li l-familja taċ-ċkejken qed iħeġġu lil dawk li se jattendu biex ma jilbsux iswed.

The post “Daqshekk uġigħ u tbatija” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here