Home Newsbook Busuttil jinħatar Segretarju fl-EPP; se jirreżenja minn MP

Busuttil jinħatar Segretarju fl-EPP; se jirreżenja minn MP

3
0
SHARE
Advertisement

Il-MP tal-PN Simon Busuttil inħatar bħala s-Segretarju Ġenerali tal-grupp tal-EPP fil-Parlament Ewropew. Hu se jkun qed jirreżenja mill-kariga tiegħu bħala MP fil-Parlament Malti.

Fi stqarrija ffirmata mis-Segretarju Clyde Puli, il-Partit Nazzjonalista qal li jilqa’ bil-ferħ l-aħbar tal-ħatra tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fil-Parlament Ewropew b’effett mill-1 ta’ Marzu.

Busuttil se jkun qed iċedi s-siġġu tiegħu “fil-ġimgħat li ġejjin”.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li “huwa b’sens ta’ kburija u ferħ li nilqa’ l-aħbar li Simon Busuttil inħatar f’kariga ta’ daqstant prestiġju u responsabbilità fil-qalba tal-Ewropa.”

“Din il-ħatra turi mhux biss il-fiduċja kbira li jgawdi Simon Busuttil iżda turi wkoll ir-rispett kbir li jgawdi l-Partit Nazzjonalista fl-Unjoni Ewropea,” sostna Delia.

“Permezz ta’ din il-kariga se nkun qed naħdem bla heda biex pajjiżna jerġa jirbaħ ir-rispett li tilef fl-aħħar snin” qal Simon Busuttil fl-ewwel reazzjoni tiegħu. “Se nkun qed nara wkoll li l-Ewropa tkun fuq in-naħa tal-poplu Malti biex tiddefendi l-valuri tal-ġustizzja u s-saltna tad-dritt f’Malta.”

Il-PN qal li l-ħatra ta’ Simon Busuttil tfisser li Malta qed tingħata ċans terġa’ tibda tibni r-reputazzjoni tagħha li tkissret għal kollox minn Joseph Muscat bil-korruzzjoni u bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Reazzjonijiet:

The post Busuttil jinħatar Segretarju fl-EPP; se jirreżenja minn MP appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here