Home Newsbook Akkużata li attakat lis-sieħeb tagħha b’sikkina

Akkużata li attakat lis-sieħeb tagħha b’sikkina

3
0
SHARE
Advertisement

Mara ta’ 49 sena
wieġbet mhux ħatja li attakkat lis-sieħeb tagħha b’sikkina l-Ħadd li għadda. Hi
baqgħet tinżamm taħt arrest.

Fil-Qorti, l-avukat
tad-difiża qal li l-mara kienet qed tiddefendi lilha nnifisha mis-sieħeb tagħha
li allegatament attakkaha.

Il-mara, Bulgara, qed
tiġi akkużata li weġġgħetu b’mod gravi u li ppruvat tgħatti xi evidenza marbuta
mar-reat.

Għall-ewwel il-Pulizija
ġew provduti b’allegazzjoni li l-attakk sar minn xi persuni mhux magħrufa, però
wara arrestaw lill-mara.

It-talba għall-ħelsien
tal-akkużata ġiet miċħuda peress li tgħix mas-sieħeb tagħha.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri. L-avukat tal-għajnuna legali kien Martin Fenech.

The post Akkużata li attakat lis-sieħeb tagħha b’sikkina appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here