Home TVM (Bil-Malti) Ngħatu ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ngħatu ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

28
0
SHARE
Advertisement

L-Orizzont jgħid li l-qorti iddikjarat li Infrastructure Malta għandha dritt bil-liġi li tipproteġi bl-iżvilupp tal-proġett Central Link. Il-Prim’ Awla tal-qorti ċivili żiedet tgħid li dan id-dritt jiġi miksur jekk jitwaqqaf permezz ta’ rikors li sar għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni. Fi storja oħra, l-ġurnal tkellem ma emigranta Maltija fl-Awstralja li ddeskriviet dak li għaddej bħalissa fil-kontinent, b’nirien li qed iħeġġu mingħajr kontroll f’diversi bnadi, bħala ħolma kerha li ma tistax tqum minnha.

The Malta Independent jikkwota lill-Ministru Ian Borg jgħid li l-kandidat għall-mexxej tal-Partit Laburista Chris Fearne ma wegħdu xejn u m’hemm l-ebda ftehim b’rabta mal-appoġġ li Dr Borg qed jgħati fil-pubbliku lid-Deputat Prim Ministru. F’rapport ieħor, tribunal internazzjonali ordna li stat gżira fl-Afrika bl-isem ta’ Sao Tome and Principe, tħallas miljuni lil Malta dwar l-arrest ta’ vapur li jtajjar bandiera Maltija seba snin ilu. Ritratt separat juri ħamiem itir fuq studenti li inġabru biex jipprotestaw fl-Indja b’rabta ma’ attakk li seħħ f’università fi New Dehli.

In-Nazzjon jirraporta li wara l-allegazzjoni ta’ tbagħbis fil-proċess elettorali mill-kandidat għall-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, l-Partit Laburista ikkonferma dawk li sejjaħ “ċirkostanzi” tul il-proċess. Il-ġurnal jikkwota liċ-chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u delegat Laburista Mark Camilleri jgħid li l-fazzjoni xellugija fil-Partit Laburista hija “organizzata u mobilizzata” favur Chris Fearne. Fi storja akkumpanjata b’ritratt ta’ pumpier jissielet biex jitfi n-nirien, jingħad li fl-Awstralja, l-awtoritajiet qed iwissu li t-temperaturi mistennija jerġgħu jisplodu ‘l fuq mill-Erbgħa.

Times of Malta jikkwota lill-Enemalta tgħid li jista’ jibqa jinqata d-dawl għall-ftit minuti hekk kif ġie stabbilit li l-ħsara li saret fl-interconnector bejn Malta u Sqallija kienet ikkawżata minn ankra ta’ vapur. F’rapport ieħor, il-ġurnal jgħid li l-vantaġġ li d-deputat Prim Ministru Chris Fearne kellu fuq Robert Abela naqas fil-bidu tal-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Laburista. Iżid li Dr Fearne għandu l-appoġġ ta’ 58 fil-mija waqt li Dr Abela għandu 42 fil-mija. Ritratt juri disinn propost minn ditta ta’ periti Russa biex issir struttura tal-ħadid minflok t-tieqa tad-Dwejra f’Għawdex.

The post Ngħatu ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum appeared first on TVM Maltese.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here