Home Newsbook Il-PL u l-PN ma kkonfermawx fejn użaw €200,000 mill-fondi pubbliċi

Il-PL u l-PN ma kkonfermawx fejn użaw €200,000 mill-fondi pubbliċi

4
0
SHARE
Advertisement

Iż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’Malta naqsu milli jikkonfermaw
jekk €200,000 li ngħataw mill-fondi pubbliċi ntużawx għall-għan propju tagħhom.
Dan ħareġ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali għas-sena 2018.

Fl-1994, meta Malta kienet qed tipprepara biex tidħol membru
fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern kien qabel li jiġu pprovduti fondi pubbliċi lill-Gvern
u l-Oppożizzjoni biex ikun hemm rappreżentanza fi Brussell li tkun responsabbli
mill-affarijiet tal-Unjoni Ewropea, u kumpens biex l-uffiċjali jaħdmu fuq kwistjoniejit
tal-Unjoni Ewropea f’Malta. L-

Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) waqt l-eżerċizzju
tal-verifika sab li fil-ftehim li kien sar 20 sena ilu, kien hemm klawżola li tgħid
li dan il-kumpens għandu jibqa’ jingħata sakemm l-uffiċjali u l-konsulenti jibqgħu
fis-seħħ.

S’issa kemm il-Partit Laburista u Nazzjonalista qed jirċievu
€100,000 fis-sena kull wieħed u qiegħda inkluża wkoll fil-Baġit tal-2020. Il-partiti
politiċi m’għandhomx fondi oħra pubbliċi allokati lilhom direttament.

L-Awditur Ġenerali qajjem il-mistoqsija jekk għadx hemm il-bżonn
li dawn il-fondi jibqgħu jingħataw. Huwa ħeġġeġ lill-kamra tar-rappreżentanti
biex tiddiskuti u tiddetermina dan. Żied li minkejja li l-partiti politiċi
mhumiex iffinanzjati mill-fondi pubbliċi, din għandha tiġi diksussa.

The post Il-PL u l-PN ma kkonfermawx fejn użaw €200,000 mill-fondi pubbliċi appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here