Home Newsbook 60% tal-ispiżeriji tal-POYC ma tawx irċevuta tal-VAT

60% tal-ispiżeriji tal-POYC ma tawx irċevuta tal-VAT

5
0
SHARE
Advertisement

Numru kbir ta’ ħlasijiet li saru fi spiżeriji li qegħdin
fl-iskema tal-Pharmacy of Your Choice ma għandhomx sistema ta’ irċevuti fiskali
xierqa. Dan ħareġ mill-eżerċizzju ta’ verifika li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali
tal-Verifika(NAO).

Ir-rapport
juri wkoll li s-sezzjoni tal-POYC ma rrapportatx dan lill-uffiċċju tal-VAT. Aktar
kmieni dan ix-xahar l-Awditur Ġenerali ppubblika r-rapport għall-2018.

L-NAO ħa kampjun ta’ 11-il ispiżerija minn 221. Dawn il-11-il spiżerija rċevew total ta’ €451,997 mill-iskema tal-POYC. Aktar minn 60% minn dawn l-ispiżeriji ma kellhomx irċevuta fiskali.

Diskrepanza
bejn l-istokk u l-kwantità

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika osserva li hemm diversi
diskrepanzi fil-mediċini tal-POYC wara li ħa kampjun ta’ 17-il mediċina. 10
minn 17-il mediċina kien hemm diskrepanza bejn l-istokk tal-mediċina u
l-kwantita. Din id-differenza kienet tammonta għall-€297,120.

L-Awditur
Ġenerali enfasizza li ħadd mill-istaff tas-sezzjoni tal-Pharmacy of Your Choice
ma kellu l-istokk eżatt. Żied li wieħed ma jistax jiddetermina jekk dawn
il-mediċini ngħatawx b’xejn lil min ma kienx intitilat għalihom.

Osservazzjoni
oħra li saret mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika hija li hemm nuqqas ta’
riżorsi umani u dan iwassal biex biex ma jkunx hemm amministrazzjoni effettiva.
Is-sezzjoni tal-POYC hija konxja ta’ dan il-fattur u sar pjan li ġie prezentat
lill-Ministeru tas-Saħħa fi Frar li għadda.

The post 60% tal-ispiżeriji tal-POYC ma tawx irċevuta tal-VAT appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here