Home Newsbook Il-Kostituzzjoni ma toffrilix iktar poteri – Il-President

Il-Kostituzzjoni ma toffrilix iktar poteri – Il-President

17
0
SHARE
Advertisement

Il-President George Vella
qal li l-Kostituzzjoni ma toffri l-ebda poter biex jaġixxi fuq is-sitwazzjoni preżenti
aktar minn dak li eżerċità s’issa.

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-President
qal li l-President sarulu diversi talbiet biex jieħu miżuri li skont xi wħud
toffrilu l-kostituzzjoni iżda hu ma jistax jagħmel aktar milli għamel diġà.

Fid-dawl ta’ dak kollu li ġara fl-aħħar jiem li għaddew b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, it-Tlieta li għadda l-President indirizza lin-nazzjon fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Huwa qal li Malta jixirqilha aħjar u appella li kulħadd iżomm għall-kalma.

Fl-aħħar jiem kien hemm diversi żviluppi fuq dan il-każ li jinkludu l-arrest tas-sid tal-kumpanija 17 Black, Yorgen Fenech u tal-allegat sensar Melvin Theuma li aktar tard ngħata l-maħfra presidenzjali u beda jagħti x-xhieda tiegħu aktar kmieni din il-ġimgħa.

The post Il-Kostituzzjoni ma toffrilix iktar poteri – Il-President appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here