Home Newsbook Dr Victoria Buttigieg l-ewwel Avukat tal-Istat

Dr Victoria Buttigieg l-ewwel Avukat tal-Istat

10
0
SHARE
Advertisement

Dr Victoria Buttigieg
inħatret bħala l-ewwel Avukat tal-Istat wara li ġiet irrakomandata b’mod
unanimu minn Kummissjoni ta’ Ħatra wara li kien hemm sejħa pubblika.

Dan l-irwol ġdid ġie maħluq bis-saħħa tal-Att XXV tal-2019. Din il-liġi ġiet approvata f’Lulju li għadda imma għadha trid tidħol fis-seħħ. Din il-liġi tipprovdi għal separazzjoni sħiħa bejn il-funzjonijiet duppliċi li għandu llum l-Avukat Ġenerali.

L-Avukat Ġenerali bis-saħħa ta’ din ir-riforma se jibqa’ jżomm ir-responsabbilitajiet ta’ prosekuzzjoni u materji kriminali li tipprovdi għalihom il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn fil-kamp kriminali. L-Avukat tal-Istat se jibda jkun responsabbli għall-funzjonijiet kollha ta’ pariri lill-gvern u rappreżentanza legali fl-oqsma tal-liġi kostituzzjonali, ċivili u amministrattiva li sal-lum huma eżerċitati mill-Avukat Ġenerali.

Il-Kummissjoni ta’ Venezja, fl-opinjoni tagħha dwar Malta, kienet ipproponiet is-separazzjoni
tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen
Bonnici saħaq li din il-ħatra se tkun pass ieħor importanti fl-istorja legali
ta’ Malta. Żied li ”bis-saħħa ta’ din il-bidla,
il-gvern qiegħed juri ċar u tond l-impenn tiegħu favur it-tisħiħ tas-Saltna
tad-Dritt u s-separazzjoni tal-poteri f’pajjiżna“

Il-Kummissjoni ta’ Ħatra kienet immexxija mill-Imħallef
Emeritu Michael Mallia.

The post Dr Victoria Buttigieg l-ewwel Avukat tal-Istat appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here