Home Newsbook 8 appelli min-negozji biex iqumu fuq saqajhom

8 appelli min-negozji biex iqumu fuq saqajhom

19
0
SHARE
Advertisement

Il-Malta Chamber of SMEs (GRTU) qalet li l-instabbilità politika fl-aħħar ġimagħtejn kellha impatt devastanti fuq in-negozji madwar il-gżejjer Maltin mhux biss fil-Belt Valletta. Fi stqarrija l-Malta Chamber of SMEs appellat biex il-Prim Ministru Jospeh Muscat jirrezenja minnufih.

B’mod frekwenti din
il-Kamra tevalwa kif sejrin in-negozji f’Malta. Permezz ta’ stqarrija l-GRTU
spjegat li dawn ir-riżultati jvarjaw iżda qatt ma ġie rrapurtat dan id-distakk.
Huma talbu għar-riżenja immedjata tal-Prim Ministru Joseph Musat u appellaw
ukoll għal stabbilità immedjata, governanza tajba u li Malta terġa’ tikseb
reputazzjoni tajba fuq livell internazzjonali.

Il-GRTU qalu li, “il-bejgħ fin-negozju naqas u dan ġara kullimkien,”. Skond l-istudju li sar, 65% ta’ dawk li wieġbu qalu li n-negozju naqas. 15% minn dawn indikaw tnaqqis ta’ 50% fil-bejgħ. Xi negozji spjegaw li l-klijenti wkoll waqfu jixtru prodotti essenzjali bħall-mediċina. Il-Belt Valletta rreġistrat tnaqqis akbar minn lokalitajiet oħra.

Skont dan l-istħarriġ, 46%
tan-negozji qalu li qed jikkonsidraw li jipposponu jew jikkanċellaw
il-pjanijiet ta’ investiment li kellhom għas-sena d-dieħla. 28% qalu li ma
kellhomx pjanijiet ta’ investiment u 26% qalu li se jkomplu kif ippjanat.

Fil-kummenti tagħhom
il-membri tal-GRTU appellaw li:

  • Hemm bżonn ta’ stabbilità immedjatament
  • Il-Prim Ministru għandu jirreżenja minnufih
  • Jkun hawn governanza tajba
  • Malta terġa’ tikseb reputazzjoni tajba fuq livell internazzjonali
  • Tinbidel is-sitwazzjoni ta’ Malta għax qed jiġu affettwati n-negozji u dawk ta’ madwarhom
  • Il-liġi mhux ugwali għal kulħadd
  • Ikun hawn Gvern onest li jaħdem, jistinka u ma jħarisx lejn kuluri
  • Malta spiċċat b’reputazzjoni ħażina li mhux se taffettwa biss lin-negozji iżda lill-bqija tal-pajjiż.

The post 8 appelli min-negozji biex iqumu fuq saqajhom appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here