Home One News Qabżiet ‘il quddiem fil-ħiliet tal-istudenti fl-iskejjel tal-Gvern

Qabżiet ‘il quddiem fil-ħiliet tal-istudenti fl-iskejjel tal-Gvern

4
0
SHARE
Advertisement

Studju dwar il-ħiliet differenti tal-istudenti fl-iskejjel tal-istat maħruġ mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp wera qabżiet kbar li għamlu l-istudenti fl-iskejjel pubbliċi Maltin.

L-istudju magħruf bħala PISA jsir fuq numru mhux ħażin ta’ studenti fl-iskejjel tal-istat fejn jikkonsisti f’eżami li jsir għall-għarrieda u s-sena l-oħra dan sar mal-istudenti li kienu fil-ħames sena tas-sekondarja.

Fil-fatt fil-qari, l-istudju wera li l-istudenti fl-iskejjel tal-istat laħħqu punteġġ ta’ erba’ mija u dsatax.

Żieda kostanti mill-istudju li sar fl-elfejn u disgħa u sitt snin wara.

Anki fix-xjenza, l-istudenti għamlu passi ’l quddiem fejn fl-elfejn u tmintax intlaħaq il-punteġġ ta’ erba’ mija tmienja u għoxrin.

Fil-Malti l-istudenti laħqu punteġġ ta’ erba’ mija, tmienja u erbgħin, punt aktar mill-istudju li kien sar tliet snin qabel.

L-akbar passi ta’ ġgant saru fil-matematika fejn l-istudenti Maltin żammew punteġġ għoli ta’ erba’ mija u tlieta u erbgħin, iżda jiżboq sew minn dak li kisbu l-istudenti ta’ disa’ snin qabel.

Intant mill-istudju ħarġu wkoll fatti pożittivi dwar l-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern.

It-tfal fuq il-bank tal-iskola jaraw li aktar minn tliet kwarti tal-għalliema huma entużjasti waqt li jagħtu lezzjoni u anki jieħdu pjaċir jgħallmu.

Anki l-aspett uman li l-professjoni tal-għalliema titlob dejjem ġie nnutat mill-istudenti. Fil-fatt aktar minn tmenin fil-mija tal-istudenti wieġbu li ngħataw l-għajnuna u l-appoġġ mill-għalliema fid-diffikultajiet tagħhom.  Dwar l-interess qawwi tal-għalliema fl-istudenti tagħhom, dak irreġistrat kien ogħla mill-medja tal-istudju li jsir f’għexieren ta’ pajjiżi.

Intant fl-istudju tal-PISA ħareġ li n-nuqqas ta’ għalliema fil-qasam edukattiv affettwa ferm inqas fl-iskejjel Maltin milli fi skejjel oħra barra minn Malta, fejn sar dan l-istudju.

Fl-istess studju, l-istudenti bniet marru aħjar mis-subien.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here