Home Newsbook Mil-lum jibda’ ż-Zecchino D’Oro

Mil-lum jibda’ ż-Zecchino D’Oro

2
0
SHARE
Advertisement

It-62 edizzjoni tal-festival taż-Zecchino d’Oro tibda mil-lum l-Erbgħa u se tkun mifruxa fuq erbat ijiem. L-ewwel tlieta jixxandru fuq Rai Uno fil-ħin tal-4.35pm waqt li l-finali se ssir is-Sibt 7 ta’ Diċembru mid-9.30pm. Din hija l-ewwel darba mis-sena 2000 li l-finali se tkun qed tixxandar fil-ħin tal-prime time.

Kull programm se jitmexxa
minn Antonella Clerici. Fil-finali tas-Sibt se jkun qed jingħaqad magħha Carlo
Conti

Kollox hemm 12-il
kanzunetta li se jkun qed jiġu interpretati minn tfal li ntgħażlu fost 5000 li
daħlu għaż-Zecchino Casting Tour. Hemm kanunetti li se jiġu nterpretati minn
kantanti weħidhom u oħrajn fi gruppi ta’ tnejn jew tlieta. B’kollox hemm 16-il
tifel u tifla.

Il-ġurija se tkun komposta minn tfal u magħhom se jkun hemm ġurija mistiedna komposta minn personalitajiet magħrufa: Giovanni Allevi, Luciana Littizzetto, Ficarra e Picone, Laura Chiatti, Claudia Gerini, Benji e Fede u Alberto Urso.

Ikun hemm ukoll is-sehem tal-Kor tal-Antoniano.

L-ewwel tlett programmi se jitwasslu f’xandira diretta mill-Antoniano f’Bologna, waqt li l-finali se tkun diretta mill-Unipol Arena f’Casalecchio di Reno, f’Bologna.

L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru

Jiġu nterpretati 6
kanzunetti u ssir il-votazzjoni minn ġurija magħmula minn 6 itfal. Se jitwasslu
siltiet mis-6 kanzunetti l-oħra fil-kompetizzjoni li proprju l-għada se jiġu
interpretati b’mod komplet.

Il-Ħamis 5 ta’ Diċembru

Jiġi nterpretati s-6
kanzunetti l-oħra fil-kompetizzjoni u mill-ġdid votazzjoni mit-tfal. Naraw
silta minn kull kanzunetta li tkun ġiet interpretata matul l-ewwel programm.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru

Jiġu nterpretati t-12-il kanzunetta f’din l-edizzjoni waqt li ssir votazzjoni oħra mill-ġurija komposta mit-tfal. Naraw ukoll liema kanzunetta tirbaħ l-unur ta’ Zecchino d’Argento, unur li se jerġa’ jingħata wara nuqqas ta’ 5 snin f’din il-kompetizzjoni.

Is-Sibt 7 ta’ Diċembru

Għall-aħħar darba jerġgħu jiġu nterpretati l-kanzunetti
kollha fil-kompetizzjoni. Jitħabbru wkoll ir-rebbieħa tal-kanzunetta l-aktar ivvuttata
permezz tal-internet u naraw ukoll min se jkun iddikjarat rebbieħ ta’ din l-edizzjoni.

Il-kanzunetti f’din l-edizzjoni huma:

Acca – Rita Longordo

I pesci parlano – Matilde
Gazzotti e Giulia Rizzo

Il bombo – Nicole Curatolo
e Zeno Gregorio Nigido

L’inno del girino  – Carlo Antonio Fortino, Irene Lucarelli e
Marta Sisto

La memoria – Asia Loi

Mettici la salsa! – Alessia
Mirra

Non capisci un tubo –
Gabriele Tonti

O tucano goleador – Claudio
Rosato

Skodinzolo – Francesca
Larocca

Sono felice – Alessia
Cecere

Tosse – Nausica Speranzini

Un principe blu – Luna
Massari

Malta fiż-Zecchino D’Oro

Għalkemm m’hemmx Maltin f’din
l-edizzjoni taż-Zecchino d’Oro, fis-snin imgħoddija mhux l-ewwel darba li rajna
l-parteċipazzjoni ta’ kantanti tfal Maltin.

Fost dawn niftakru:

1962: La Ghiacca Rotta – Kanzunetta Rebbieħa taż-Zecchino
d’Oro, interpretata minn Raymodn Debono

1982: Stefan Galea – Il-Merill Tweet Tweet

1993: Jacqueline Spiteri – Minnie

2002: Christian Grech – Violino Mio (Il-Gugarell ta’ Qalbi)

2006: Nicole Azzopardi – La Dottoressa Lulù (Il-kor
tal-annimali)

2009: Enya Magri – Castelli di Sabbia (Is-Sirena)

The post Mil-lum jibda’ ż-Zecchino D’Oro appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here