Home Net News Messaġġi ”amikevoli” bejn Muscat u Fenech

Messaġġi ”amikevoli” bejn Muscat u Fenech

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u Yorgen Fenech, sid
il-kumpanija 17 Black u l-persuna suspettata li kien il-mandant fl-assassinju
ta’ Daphne Caruana Galizia, bagħtu lil xulxin għadd ta’ messaġġi amikevoli.

Din il-korrispondenza kienet għaddejja anke fil-perjodu li
Fenech kien qed jitqies bħala suspettat ewlieni fl-assassinju ta’ Daphne
Caruana Galizia, filwaqt li Muscat kien qed jirċievi l-aħħar aġġornamenti
mis-Servizzi tas-Sigurtà.

Dan kollu kien żvelat mis-sit LovinMalta.com. Oriġinarjament,
il-Prim Ministru qal li ltaqa’ l-aħħar ma’ Yorgen Fenech aktar minn sena ilu.
Iżda riċentament, ammetta li ltaqa’ miegħu soċjalment ftit tax-xhur ilu,
saħansitra din is-sena stess. Madankollu, hu ma tax aktar dettalji dwar dawk
il-laqgħat riċenti lill-media.

Isem Muscat diġà ssemma’ mill-istess Yorgen Fenech appena
n-negozjant kien arrestat l-ewwel darba u ta l-ewwel stqarrija lill-Pulizija. F’nofs
il-kriżi nazzjonali li bħalissa għaddej minnha l-pajjiż, LovinMalta bagħtet
mistoqsijiet għar-reazzjoni tal-Prim Ministru, iżda dawn baqgħu mhux imwieġba.

The post Messaġġi ”amikevoli” bejn Muscat u Fenech appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here