Home Net News “Malta jixirqilha aħjar” – il-President George Vella

“Malta jixirqilha aħjar” – il-President George Vella

2
0
SHARE
Advertisement

20:00 – fi kliem il-President George Vella “Malta jixirqilha aħjar”; appell mill-ġdid għall-kalma u l-għaqda

19:16 – il-messaġġ ċar – “arrestaw lil Keith Schembri”

19:06 – folla tinġabar quddiem id-Depot fi protesta oħra, b’sejħa qawwija għall-ġustizzja

19:00 – tibda l-laqgħa mal-Kap tal-PN Adrian Delia

18:45 – il-President George Vella se jwassal messaġġ lin-nazzjon; segwi Net News għall-aġġornamenti LIVE

17:36 – diġa’ hemm sigurta’ massima fl-inħawi tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija

17:30 – il-Partit Laburista jħabbar sensiela ta’ attivitajiet nhar il-Ħadd li ġej, inkluż meeting fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid indirizzat minn Joseph Muscat

Joseph Muscat dieħel Kastilja

17:06 – aktar żviluppi dwar il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech; lanqas hu ma jrid lill-Maġistrat Nadine Lia tmexxi l-kumpilazzjoni

17:00 – għall-ħabta tas-6pm, id-delegazzjoni tal-Kumitat LIBE se tiltaqa’ mal-Kap tal-PN Adrian Delia

16:11 – DALWAQT mistennija laqgħa tad-delegazzjoni tal-UE mal-familja Caruana Galizia; id-delegazzjoni hi magħmula minn Sophie in ‘t Veld, Birgit Sippel, Roberta Metsola, Assita Kanko, Sven Giegolf, u Stelious Kouloglou

Id-delegazzjoni tasal fid-Depot

13:22 – RAPPORTI konsistenti li Neville Gafa’ qiegħed jgħaddi messaġġi lil Keith Schembri

13:12 – folla żgħira ta’ nies diġa’ inġabret quddiem id-Depot tal-Furjana

12:47 – il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti tikkondanna bla riservi l-mod kif qed jaġixxi l-Gvern Malti

12:30 – il-MaltaToday tiżvela kif Keith Schembri kien qed jingħata d-dettalji kollha ta’ dak li kien qed jiġri fil-laqgħa-maratona tal-Ħamis bil-lejl f’Kastilja

11:55 – Net News dalgħodu saqsa lil Ian Borg x’rabta għandu ma’ Keith Schembri bħalissa, u jekk hux qed jgħinu fil-kampanja personali tiegħu; qal biss li sa issa ma hemmx kandidatura, u ħassu skomdu immens jiddisassoċja ruħu minn Keith Schembri

11:38 – id-delegazzjoni tal-UE tasal għand l-Avukat Ġenerali Peter Grech

11:14 – sadatant fil-Parlament…ikomplu d-diskorsi surreali tal-Ministri u d-deputati Laburisti li qed jitkellmu weħidhom f’kamra vojta, jattakkaw lill-PN u jsemmu s-snin Tmenin

11:00 – id-delegazzjoni tal-UE bħalissa qed tiltaqa’ mal-President George Vella fil-Palazz ta’ San Anton

10:32 – f’dal-ħin fil-Parlament, id-deputat Anthony Agius Decelis jinfexx f’attakk partiġġjan u isteriku mimli attakki lejn il-Partit Nazzjonalista

10:29 NAĠĠORNAWKOM b’dak li ġara sa issa

  • tintemm laqgħa mad-delegazzjoni tal-UE li qed tinvestiga l-kriżi politika li daħal fiha Muscat
  • numru ta’ dimostranti jinġabru quddiem Katilja
  • crew ta’ Net News mill-ġdid jispiċċa intimidat min-nies ta’ Kastilja; il-karozza tal-Prim Ministru issuq għal fuq il-camera person tagħna

10:05 – il-Prim Ministru Joseph Muscat “jħossu tradut” b’Keith Schembri.

Kienet l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola illi staqsiet lill-Prim Ministru jekk iħossux tradut minn Keith Schembri, li għal snin twal serva f’Kastilja spalla ma’ spalla miegħu. F’kummenti lill-media, Metsola qalet li r-risposta ta’ Muscat għal din il-mistoqsija kienet ‘iva’.

10:00 – preżenti mal-Prim Ministru hemm ukoll id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

09:30 – tispiċċa l-laqgħa mal-Prim Ministru; id-delegazjoni issa qed tiltaqa’ mal-President ta’ Malta

09:22 – id-delegazzjoni tal-UE għadha fuq ġewwa ta’ Kastilja

09:07 – sitwazzjoni surreali fil-Parlament – l-Ispeaker Anglu Farrugia jaqra il-PQs u jispiċċaw jinqabżu waħda waħda, minħabba li l-PN irtira mill-Kamra tad-Deputati

Ritratt: Martin Agius

09:02DALGĦODU bdiet is-Seduta Parlamentari; l-Ispeaker jagħmel restrizzjonijiet fuq l-iStrangers Gallery

Ix-xena tal-bieraħ fil-Parlament

08:43 – id-delegazzjoni tal-UE għandha ġurnata twila ta’ laqgħa skedati għal matul il-jum; fosthom laqgħat mal-Kap tal-PN Adrian Delia, mar-rappreżentanti tal-Europol f’Malta, mal-Kummissarju tal-Pulizija u anke mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia

08:40 – sidien ta’ negozji fil-Belt irrabjati għall-mod kif qed jiġu trattati u n-nuqqas ta’ organizzazjoni li qed ikun hemm f’din is-sitwazzjoni kollha

08:37 – diġa’ hemm preżenza kbira ta’ Pulizija quddiem il-Parlament

08:25 – Joseph Muscat irrifjuta li jwieġeb domandi tal-ġurnalisti

08:20 – preżenza kbira ta’ media barranija quddiem Kastilja

Delegazzjoni mill-UE li waslet b’urġenza f’Malta sabiex tistħarreġ l-kriżi politika li jinsab fiha l-Gvern, bħalissa qed tinvestiga lill-Prim Ministru innifsu. Dan hekk kif għall-ħabta tat-8:30am, l-MEPs waslu Kastilja.

Ftit tal-minuti qabel wasal ukoll Joseph Muscat, illi intlaqa’ minn grupp ta’ nies li issuttaw xi bajd lejh.

Intant, waqt li konna fi Pjazza Kastilja nirrappurtaw dan kollu, il-crew ta’ Net News ġie mill-ġdid intimidat – din id-darba mill-istaff tal-Prim Ministru innifsu. Bil-karozza ta’ Muscat tross għal fuq il-camera person tagħna.

The post “Malta jixirqilha aħjar” – il-President George Vella appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here