Home Net News L-MFA tniedi skema biex tgħin liż-żgħażagħ ikollhom karriera barra minn Malta

L-MFA tniedi skema biex tgħin liż-żgħażagħ ikollhom karriera barra minn Malta

2
0
SHARE
Advertisement

Il-Malta Football Association nediet l-iskema msejħa Youth Players Grant bl-għan li tinkoraġġixxi l-plejers żgħażagħ li jsegwu karriera barra minn Malta. Din l-iskema għandha wkoll żewġ għanijiet oħra li tipprovdi s-sapport liż-żgħażagħ li jkunu qed jimxu minn pajjiż għal ieħor u tagħti l-appoġġ lil dawk il-plejers promettenti biex jiżiluppaw il-kwalità tagħhom. L-iskema hi miftuħa għall-plejers bejn is-16 u d-19-il sena li xi darba kienu f’xi tim nazzjonali jew lagħbu tal-anqas erba’ staġuni ma’ nursery tal-futbol Malti.

Is-Segretarju
Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti qal li l-iskema ddur ma’ erba’ pilastri. Dawn
huma l-ispejjeż għat-tagħlim tal-plejers, l-akkomodazzjoni tagħhom, l-ispejjeż
tal-ivvjaġġar u dawk ta’ persuni professjonali bħal nutritionist u
psikoloġista. Chetcuti jittama li din l-inizjattiva tipprovdi għajnuna miżjuda
lil dawn iż-żgħażagħ.

L-MFA
ippubblikat it-termini ta’ din l-iskema fosthom id-drittijiet u
l-obbligazzjonijiet tal-applikanti kif ukoll il-livell ta’ assistenza
mistenniija mill-MFA u l-klabb jew akkademja li jkun qed jospitahom. L-applikazzjoni
tista’ titniżżel mis-sit https://info.mfa.com.mt taħt is-sezzjoni
Incentive Schemes.

The post L-MFA tniedi skema biex tgħin liż-żgħażagħ ikollhom karriera barra minn Malta appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here