Home One News L-Isqfijiet jingħaqdu mal-President u jappellaw għall-għaqda

L-Isqfijiet jingħaqdu mal-President u jappellaw għall-għaqda

5
0
SHARE
Advertisement

L-Isqfijiet qegħdin jappellaw biex f’dawn il-jiem ta’ tensjoni nfittxu li naħdmu flimkien, b’mod kalm u konvint, għall-verità u l-ġustizzja fl-imħabba u b’rispett lejn xulxin.
Fi Stqarrija, l-Isqfijiet qalu li l-appell tagħhom jingħaqad mal-appell tal-President tar-Repubblika George Vella għall-għaqda, biex is-sitwazzjoni diffiċli li għaddejjin minnha ma tkabbarx il-firda u li, fi spirtu ta’ għaqda u għall-ikbar ġid tas-soċjetà Maltija u ta’ pajjiżna, naħdmu lkoll biex l-istituzzjonijiet tagħna jagħmlu d-dover tagħhom bir-reqqa u b’mod imparzjali.

Qalu li bħal f’kull soċjetà, wieħed jifhem li fostna jaf ikun hemm nuqqas ta’ qbil, iżda dejjem għandna nfittxu li nesprimu l-opinjonijiet leġittimi tagħna b’rispett lejn xulxin, lejn il-verità u mingħajr ma naqgħu fin-nassa tal-mibegħda, tal-gideb u tal-vjolenza.

“Nappellaw biex aħna, Maltin u Għawdxin, infittxu l-ġid komuni fi spirtu ta’ vera lealtà lejn il-prinċipji tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta’ Malta”, qalu l-Isqfijiet.

Iż-żmien tal-Avvent ifakkarna li qegħdin nistennew il-miġja ta’ dak li “tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem kotran”

“Jalla l-ħerqa li għandu l-poplu għall-ġustizzja, għall-verità u għall-onestà, tissarraf ukoll f’rispett lejn xulxin u fiċ-ċaħda ta’ kull vjolenza verbali jew fiżika”, temmu jgħidu l-Isqfijiet.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here