Home Net News Ittra minn Melvin Theuma timplika lil Keith Schembri u Yorgen Fenech bħala...

Ittra minn Melvin Theuma timplika lil Keith Schembri u Yorgen Fenech bħala l-mandanti li ħallsu għall-qtil

5
0
SHARE
Advertisement

Melvin Theuma, li ngħata maħfra
presidenzjali sabiex jixhed b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne
Caruana Galizia, kiteb ittra li jsemmi kemm lin-negozjant Yorgen Fenech kif
ukoll lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri bħala l-mandanti
li ħallsu biex issir il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.

Dan l-aħħar żvilupp xokkanti kien żvelat
fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal Times of Malta li rriproduċa wkoll kopja tal-ittra
miktuba minn Melvin Theuma. Din l-ittra instabet mill-Pulizija waqt tfittxija
li saret fil-propjeta’ ta’ Yorgen Fenech f’Portomaso.

L-ittra minn Melvin Theuma ippubblikata illum mill-ġurnal Times of Malta

F’din l-ittra, li m’għandhiex data. Melvin
Theuma kiteb li kien qed jibża’ li Fenech u Schembri, issa li nqdew, kienu se
jeliminawh u kien għalhekk li lesta xi provi fosthom l-istess ittra, recordings
u ritratt tal-istess Theuma flimkien ma’ Keith Schembri f’Kastilja.

Theuma allega wkoll li Keith Schembri kien
anki tah job mal-Gvern, iżda imbagħad tilef l-impjiet meta Schembri ma kellux
iktar bżonnu.

Wara Yorgen Fenech, issa anki Melvin
Theuma – li kuntrarju għal Fenech ingħata l-Maħfra Presidenzjali fuq
rakkomandazzjoni ta’ Joseph Muscat – qed jimplika lil Keith Schembri b’involviment
dirett fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Keith Schembri kien rilaxxat mill-Pulizija
il-Ħamis li għadda.

The post Ittra minn Melvin Theuma timplika lil Keith Schembri u Yorgen Fenech bħala l-mandanti li ħallsu għall-qtil appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here