Home Newsbook Il-President ta’ Brescia lest li jħalli lil Balotelli jitlaq b’xejn

Il-President ta’ Brescia lest li jħalli lil Balotelli jitlaq b’xejn

1
0
SHARE
Advertisement

Il-President
tal-klabb ta’ Berscia Massimo Cellino qal li Mario Balotelli jista’ jitlaq minn
ma’ Brescia f’Jannar li ġej bla ħlas. Il-President stqarr li ma jixraqlux ikun
fejn qiegħed bħalissa.

Balotelli li
għandu 29 sena skurja biss darbtejn u kien abbuża razzjalment waqt logħba
mis-Serie A kontra Hellas Verona.

Cellino qal li se
jħalli f’idejn Balotelli biex jara x’inhu l-aħjar għalih. L-istess President
keċċa lill-maniġer Fabio Grosso wara tliet logħbiet u apponta lil Eugenio Corini
minflok.

Balotelli, l-eks
plejer ta’ Manchester City u Liverpool ingħaqad ma’ Brescia fis-sajf wara li
telaq minn ma’ Marseille. Sfortunatament irnexxielu jiskorja biss żewġ gowls
fit-tmien logħbiet li lagħab fihom.

The post Il-President ta’ Brescia lest li jħalli lil Balotelli jitlaq b’xejn appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here