Home Newsbook Il-Papa jistieden lit-teologi jaħdmu għal “teoloġija sabiħa”

Il-Papa jistieden lit-teologi jaħdmu għal “teoloġija sabiħa”

5
0
SHARE
Advertisement

Fi tmiem
il-ġimgħa l-Papa Franġisku kellu laqgħa u tkellem ma’ membri tal-Kummissjoni
Teoloġika Internazzjonali li ltaqgħu f’Ruma biex ifakkaru l-50 anniversarju
mit-twaqqif tal-Kummissjoni.

Hu beda biex
irrifera għall-messaġġ tal-Papa Emeritu Benedittu XVI li bagħat għal din
l-okkażżjoni u fih jiddikjara li “hi biss l-umiltà li tista’ twassal
għall-Verità u l-Verità hi s-sisien tal-imħabba li fuqha jiddependi kollox”.

Kif kompla
jgħid fil-messaġ tiegħu l-Papa Benedittu XVI il-Kummissjoni Teoloġika twaqqfet
“biex toħloq pointijiet ġodda bejn it-teoloġija u l-Maġisteru”.

Żewġ testi

Il-Papa
Franġisku rrikonoxxa li fl-aħħar sessjoni ta’ ħames snin, il-Kummissjoni kitbet
żewġ testi importanti ħafna.  L-ewwel
wieħed joffri kjarifika teoloġika dwar is-sinodalità kemm fil-ħajja kif ukoll
fil-missjoni tal-Knisja.

“Kif tafu,
it-tema tas-sinodalità hi għal qalbi ħafna: is-sinodalità hi stil, hi mod kif
nimxu flimkien u dak li jistenna mill-Knisja il-Mulej fit-tielet millenju”, qal
il-Papa.

It-tieni
dokument, jipproponu li jsir dixxerniment fuq id-diversi nterpretazzjonijiet
tal-libertà reliġjuża fil-ġranet tal-lum. 
Il-Papa Franġisku spjega kif “rispett onest” lejn il-libertà reliġjuża
hu “kontribut kbir lejn il-ġid komuni u l-paċi”.

Il-Papa
mbagħad kompla jgħid lil dawk preżenti li “bħala teologi ġejjin minn amjenti u
skejjel differenti, intom medjaturi bejn il-fidi u l-kulturi. B’dan il-mod
intom tieħdu sehem f’missjoni essenzjali tal-Knisja li hi l-Evanġeliżazzjoni”.

Teoloġija sabiħa

Il-Papa temm  billi għaraf li anke wara 50 sena ta’ ħidma sfieqa “għad hemm ħafna xi jsir”. Hemm bżonn ta’ “teoloġija sabiħa” li tirrispetta l-Evanġelju u mhux sempliċement teoloġija funzjonali.

“U biex
nagħmlu ‘teoloġija sabiħa’ ma rridux ninsew żewġ dimensjonijiet li
jsawwruha.  L-ewwel hi l-ħajja spiritwali
u t-tieni l-ħajja ekklesjali”. It-teoloġu jrid jimxi ‘l quddiem u jieħu
r-riskji waqt id-diskussjonijiet tiegħu.

It-teoloġi
għandhom jindirizzaw suġġetti kontroversjali u topiċi; imma dan għandhom
jagħmluh bejniethom, fil-privat, biex ma jwasslux li n-nies jitilfu
l-fidi.  In-nies iridu dejjem jingħataw
“ikel solidu li jitma u jsostni l-fidi”.

Fl-aħħarnett
il-Papa temma l-gratitudni tiegħu għall-ħidma kollha tal-Kummissjoni u ħeġġeġ
lil dawk kollha preżenti biex jaqdu l-missjoni tagħhom b’ferħ.

The post Il-Papa jistieden lit-teologi jaħdmu għal “teoloġija sabiħa” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here