Home Net News Il-Libja: Attakki mill-ajru joqtlu 14-il tfal fi 72 siegħa

Il-Libja: Attakki mill-ajru joqtlu 14-il tfal fi 72 siegħa

9
0
SHARE
Advertisement

Il-qawwiet mal-Gvern Libjan li jgawdi l-appoġġ
tan-Nazzjonijiet Uniti qalu li żewġ attakki mill-qawwiet tal-ajru avversarji —
u li seħħew fi spazju ta’ 72 siegħa — swew il-ħajja ta’ 14-il tfal, minbarra
li ħallew numru ta’ ċivili midruba lejn in-nofsinar ta’ Tripli u fil-belt ta’
Umm Al-Aranib.

Ir-rapporti qalu li attakk partikulari mill-Armata
tal-Lvant immexxija minn Khalifa Haftar ikkonċentra fuq zona residenzjali lejn
in-naħa t’isfel tal-kapitali fejn mietu ħamest itfal, b’numru ta’ ċivili
jispiċċaw feruti. Dan wara attakk, sigħat qabel, li fih kienu nqatlu disat
itfal u żewġ nisa fl-inħawi ta’ Umm Al-Aranib.

Il-qawwiet Libjani ta’ Haftar ilhom minn April imexxu
offensiva fuq Tripli fejn iridu jqaċċtu l-Gvern tal-Prim Ministru Libjan, Fayez
Sarraj, li għandu s-sostenn tan-NU. Haftar irid jieħu l-kontroll fi Tripli biex
jelimina ‘entitajiet tat-terroristi’ li skont hu ikkonsolidaw bażi fil-kapitali
Libjana.

Il-konflitti armati fi Tripli u l-madwar,  minn April ‘il hawn, ħallew eluf ta’ mejtin u
midruba minbarra li ssarrfu fi kważi 120,000 refuġjat fost il-popolazzjoni
ċivili.

The post Il-Libja: Attakki mill-ajru joqtlu 14-il tfal fi 72 siegħa appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here