Home Net News Ġurnalisti internazzjonali jikkundannaw lill-Gvern Malti

Ġurnalisti internazzjonali jikkundannaw lill-Gvern Malti

5
0
SHARE
Advertisement

Tmien organizzazzjonijiet
internazzjonali tal-media, ikkundannaw l-azzjonijiet li ttieħdu
mill-awtoritajiet Maltin biex jirrestrinġu x-xogħol tal-istampa u l-iskrutinju
pubbliku tal-investigazzjoni li għaddejja dwar l-assassinju tal-ġurnalista
Maltija Daphne Caruana Galizia.

L-organizzazzjonijiet
appellaw lill-awtoritajiet Maltin biex jirrispettaw l-obbligi internazzjonali
tagħhom biex jiżguraw li l-ġurnalisti kollha jkunu protetti fit-twettiq ta’ dmirijiethom
u jkollhom aċċess għal membri fil-politika u informazzjoni fl-interess pubbliku.

Huma sostnew li
l-media u ċ-ċittadinanza attiva hija aktar meħtieġa minn qatt qabel f’Malta
billi l-investigazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne jimplika direttament
politiċi u negozjanti qrib il-Gvern.

Filwaqt li jinsabu
ferm imħassba, huma ma naqsux milli jsemmu’ numru ta’ theddid u atti ta’
intimidazzjoni mill-awtoritajiet Maltin, inklużi membri tas-servizzi
tas-sigurtà, fil-konfront ta’ġurnlasiti u membri oħra tal-istampa li qed iddgħajjef
b’mod sinifikanti s-sigurtà u l-kapaċità tagħhom li jaqdu dmirijiethom.

Dawn l-organizzazzjonijiet,
matul l-aħħar jiem, innutawbi tħassib, rapporti dwar l-attentat ta’ konfiska ta’
mobile ta’ membri tal-media minn uffiċjali tas-sigurtà , u d-detenzjoni ta’
grupp ta’ ġurnalisti f’kamra fil-Berġa ta’ Kastilja minn individwi mhux
identifikati.

Huma mħassba wkoll
dwar in-nuqqas tal-awtoritajiet li jinfurmaw sew lill-pubbliku dwar
id-diskussjonijiet tal-Kabinett jew dwar il-ħelsien mill-arrest ta’ Keith
Schembri, l-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru – li tħabbar mill-pulizija
permezz ta’ post ta’ Facebook b’kundizzjoni waħda, mingħajr informazzjoni oħra
li normalment issegwi.

Fi żmien ta’ moviment
sinifikanti u ta’ taqlib politiku, l-organizzazzjonijiet internazzjonali
tal-media appellaw lill-awtoritajiet Maltin biex jaġixxu skont l-impenji
tagħhom lejn proċess ġudizzjarju u politiku miftuħ u trasparenti, u l-obbligi
tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-informazzjoni.

Finalment, huma appellaw lill-awtoritajiet Maltin u l-partijiet kollha biex iżommu l-obbligi tagħhom biex jiżguraw li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jwettqu dmirijiethom mingħajr theddid u intimidazzjoni, u biex jiżguraw li l-informazzjoni tinqasam b’mod miftuħ, trasparenti u f’waqtu.

L-organizzazzjonijiet li ffirmaw din l-istqarrija kienu;

International Federation of Journalists (IFJ)
European Federation of Journalists (EFJ)
ARTICLE 19
European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF)
Index on Censorship
International Press Institute
Reporters Without Borders (RSF)
Scottish PEN

The post Ġurnalisti internazzjonali jikkundannaw lill-Gvern Malti appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here