Home Net News “Ġejt injorat u ara x’ġara” – Alfred Sant

“Ġejt injorat u ara x’ġara” – Alfred Sant

3
0
SHARE
Advertisement

Ġejt injorat meta tajt parir li darras lil ħafna u ara x’ġara.

Hekk kiteb l-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Alfred
Sant, il-predeċessur ta’ Joseph Muscat u l-bniedem li tant imbotta biex Muscat
jibda jmexxi lill-Partit Laburista fl-2008.

Hu kiteb dan fid-dawl tal-aħħar żviluppi fil-pajjiż wara li
skont Sant, l-iskandlu tħalla jtektek u ħa n-nar wara li tliet snin ilu nqalgħu
l-istejjer dwar il-kumpaniji sigrieti fil-Panama. Fakkar kif dakinhar, kif ta
l-parir li darras lil ħafna, tant li ġie injorat.

Alfred Sant, li kien għal xi snin bħala l-Kap
tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew sakemm Muscat imbotta lil
Miriam Dalli f’Mejju li għadda, qal li pajjiżna għadu qed jara kif jistejqer
mit-telenovela politika u kriminali li ħakmitna fl-aħħar jiem.

L-eks Mexxej Laburista kompla li meta l-iskandlu jikber sew,
iċ-ċansijiet huma li ma tqumx vampa nar u daqshekk, iżda jibqgħu jiskattaw
episodji ġodda li jkomplu jgħarrqu s-sitwazzjoni. M’hemm xejn aktar perikoluż
minn hekk, tenna.

Sant qal li hu kruċjali li dak li jservi biex iqanqal taħwid
u dnubiet jinqala’ ‘l barra malajr kemm jista’ jkun. Fis-16-il sena li dam
Mexxej Laburista – bejn l-1992 u l-2008 – hu jibqa’ mfakkar għall-mod kif
naddaf lill-Partit Laburista mill-elementi estremi u f’xi drabi vjolenti li
kien maħkum minnhom fis-snin ta’ qabel.

Tliet snin ilu, meta faqqa’ l-iskandlu tal-Panama Papers –
żvelat mill-Ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia – Sant kien qal li
fl-interess nazzjonali, id-deċiżjoni onorabbli kellha tkun li Konrad Mizzi
jirriżenja malajr kemm jista’ jkun.

The post “Ġejt injorat u ara x’ġara” – Alfred Sant appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here