Home Newsbook Filmat: Schembri kellu informazzjoni sigrieta minn madwar l-UE – iben Daphne

Filmat: Schembri kellu informazzjoni sigrieta minn madwar l-UE – iben Daphne

5
0
SHARE
Advertisement

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kellu aċċess għal informazzjoni sigrieta minn madwar l-Unjoni Ewropea (UE) skont Andrew Caruana Galizia.

Caruana Galizia, wieħed mit-tliet subien tal-ġurnalista Maltija assassinata Daphne Caruana Galizia, qal dan mal-ġurnalisti wara laqgħa li kellu mal-MEPs li ġew jinvestigaw is-sitwazzjoni politika f’Malta.

Mistoqsi dwar il-laqgħa, Caruana Galizia qal lil Newsbook.com.mt li kienet waħda tajba li fiha lMEPs staqsew mistoqsijiet dettaljati. Qal li kien ċar li l-MEPs għamlu r-riċerka tagħhom u li qed jieħdu dan b’serjetà kbira.

Caurana Galizia qal li jisperaw li minn din il-missjoni jkun hemm lezzjonijiet li wieħed jista’ jitgħallem minnhom – mhux biss għal Malta imma għall-Unjoni Ewropea (UE) sħiħa.

Qal li l-każ tal-assassinju ta’ ommu jġib miegħu lezzjonijiet serjissimi li jistgħu jintużaw biex jitjiebu l-istituzzjonijiet madwar l-UE. Spjega li jista’ jsir titjib fil-mod ta’ kif l-UE taħdem f’każijiet ta’ korruzzjoni cross-border u każijiet ta’ ħasil tal-flus.

“Huwa important għalina
f’Malta li nkunu nafu li l-każ ta’ ommi mhux biss iwassal għal riżultati
pożittivi hawn imma riżultati pożittivi għal kull min jgħix madwar l-UE.”

Caruana Galizia ġie mistoqsi jekk jaħsibx li l-aħħar żviluppi li seħħew fl-investigazzjoni fl-assassinju sarux sforz tal-pressjoni li qed issir fuq l-awtoritajiet. Wieġeb li jispera li xi darba jsiru jafu għalfejn kien hemm dawn l-iżviluppi. Żied jgħid li s’issa hemm biss ftit informazzjoni ħierġa dwar il-każ.

Caruana Galizia huwa tal-fehma li l-inkjesta pubblika li mistennija ssir dwar il-każ tgħin f’dan ir-rigward. Qal li jispera li jinstab għalfejn ġiet assassinata ommu u għalfejn għadda daqshekk żmien biex jinstab min kien wara l-assassinju.

Aktar dettalji dalwaqt

Filmat: Miguela Xuereb

The post Filmat: Schembri kellu informazzjoni sigrieta minn madwar l-UE – iben Daphne appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here