Home Newsbook Boxer iwaqqaf raġel milli jiftaħ il-bieb f’nofs titjira

Boxer iwaqqaf raġel milli jiftaħ il-bieb f’nofs titjira

1
0
SHARE
Advertisement

Dean Whyte li hu
twil ftit aktar minn żewġ metri għannaq raġel li kien qed jipprova jiftaħ bieb għal
barra waqt li kienu f’nofs titjira. Ir-raġel beda jipprova jiġbed il-pum u
jgħajjat u jgħid li jrid joħroġ.

L-inċident seħħ
nhar it-tnejn filgħaxija, madwar siegħa bogħod mill-ħin meta l-ajruplan kellu
jinżel fl-Arabja Sawdija. Fil-mezzi tal-midja Ingliżi, kien irrappurtat li
r-raġel deher aġitat u pprova jiftaħ bieb fin-naħa ta’ wara tal-ajruplan waqt
li qabad jgħajjat b’Ingliż imkisser.

Wieħed
mill-passiġġieri pprova jwaqqfu milli jikkawża diżastru, iżda kellu jintervjeni
Dean li inċidentalment huwa boxer. Hu qabad lir-raġel u flimkien ma’ sħabu ta’
Brixton Fighters ġibdu lir-raġel ‘l bogħod mill-bieb.

Hu ttieħed lura
fis-siġġu fejn kien oriġinarjament u kollox ikkwieta.

The post Boxer iwaqqaf raġel milli jiftaħ il-bieb f’nofs titjira appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here