Home Newsbook 30 siegħa ma’ Arthur fuq 103

30 siegħa ma’ Arthur fuq 103

3
0
SHARE
Advertisement

Arthur
se jkun qed jagħmel 30 siegħa bla waqfien fuq 103. Din il-maratona ta’ xandir
se ssir b’risq il-ħidma tad-Dar tal-Providenza. Il-maratona tibda l-Ġimgha
li ġejja (6 ta’ Diċembru) fis-6am u tintemm is-Sibt f’nofsinhar.

Diversi
bands se jkantaw live fl-istudio ta’ 103 matul il-maratona.  Dawn flimkien
ma’ artisti, personalitajiet u preżentaturi oħra li minn ħin għall-ieħor se
jkunu preżenti fuq 103 biex jagħtu s-sapport tagħhom matul din l-inizjattiva
ta’ 103. 

Fost
il-bands se jkun hemm Red Electrick, Airport Impressions, Klinsmann u SterjoTipi.
Filwaqt li fost il-kantanti se jkun hemm Ozzy lino, Juno Valdez, Nadine Axisa,
Peter Paul minn Tribali, Luke Chappel u oħrajn.

Donazzjoni tista tintbagħat b’SMS jew telefonata bid-dettalji jitħabbru regolarment matul il-maratona. Is-semmiegħa jistgħu anke jiġu jipprezentaw id-donazzjoni tagħhom filwaqt li jieħdu l-opportunità biex jaraw l-istudios il-ġodda ta’ 103.

The post 30 siegħa ma’ Arthur fuq 103 appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here