L-eks spettur Jonathan
Ferris qal lin-nies jistennew xi ħaġa ġejja.
Fuq Facebook, l-eks
spettur tal-pulizija u espert ta’ kontra l-ħasil tal-flus Jonathan Ferris
wiegħed li jpattiha lil dawk kollha li għamlulu l-ħsara.
L-eks spettur li kien jispeċjalizza fil-kriminalità ekonomika ġie trasferit
lejn l-aġenzija tal-gvern ta’ kontra l-ħasil tal-flus (FIAU) bħala espert
tal-ħasil tal-flus.
Meta kien jaħdem mal-FIAU tkeċċa qabel ma spiċċalu l-probation. Meta talab biex jerġa’ jissieħeb mal-Korp tal-Pulizija t-talba tiegħu ġiet miċħuda.
Fil-Qorti, Ferris kien qal li l-Ministeru għall-Intern talab “dettalji sensittivi” dwar każ li kien qed jinvestiga. Ferris qal li qatt ma seta’ jagħmel ħaġa bħal din.
Fuq post fuq Facebook Ferris qal li se jiftaħ il-kanuni tiegħu fuq dawk kollha li tradewh u li għamlulu l-ħsara.
“Stennew għaliha…ġejja!!! Qatt ma ddiżappuntajt nies u dejjem żammejt kelmti,” temm jgħid Ferris.
Ferris jgħid li kellu ndħil mill-ministeru ta’ Carmelo Abela
The post ‘Stennewha ġejja’ – Ferris appeared first on Newsbook.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook