Home Net News Pochettino lest li jirritorna fit-tmexxija ta’ tim

Pochettino lest li jirritorna fit-tmexxija ta’ tim

1
0
SHARE
Advertisement

Mauricio Pochettino jinsab lest li jirritorna bħala kowċ ta’ tim, ġimagħtejn wara li tkeċċa minn manager ta’ Tottenham. Il-kowċ ta’ 47 sena ħa pawża ta’ għaxart ijiem fl-Arġentina iżda qal li diġà sarulu offerti attraenti.

Pochettino qed jissemma li jista’ jibqa’ fl-Ingilterra
hekk kif Arsenal keċċew lil Unai Emery fl-aħħar jiem filwaqt li qed tkompli
tikber is-sħaba fuq il-manager attwali ta’ Manchester United Ole Gunnar
Solskjaer, bl-istess Pochettino kien qed jissemma qabel inħatar Solskjaer
madwar sena ilu.

Waqt żjara fl-eks klabb tiegħu Newell’s Old Boys,
Pochettino qal li l-aktar ħaġa importanti għalih bħalissa hi li jistrieħ wara
ħames snin u nofs ma’ Tottenham. Hu kompla li l-għan hu li jfittex li jerġa’
jibni lilu nnifsu u jikseb lura motivazzjoni personali.

“Hi l-intenzjoni tiegħi li nirritorna fl-Ewropa. Hi
diffiċli għaliha li nimmaġina proġett fl-Arġentina, iżda għal ġid tal-familja
tiegħi, ma nirrifjutax li naħdem hawn. Iżda issa rrid inkun kalm għal ftit jiem
u nara x’jiġri. Ma tantx kelli ħin biex nirrifletti x’ġarali.” Pochettino
kompla li fl-età tiegħu ma jridx ħafna żmien biex jirkupra u saħaq li jinsab
miftuħ għal offerti li jista’ jkollu.

Fiż-żmien li għamel manager ta’ Tottenham, Pochettino
għen lit-tim mil-Londra biex jikseb post regolari fil-UEFA Champions League
għal erba’ staġuni konsekuttivi filwaqt li waslu sal-finali tal-League Cup u
fl-istaġun li għadda sal-finali tal-UEFA Champions League.

The post Pochettino lest li jirritorna fit-tmexxija ta’ tim appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here