Home Net News Messi rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb għas-sitt darba

Messi rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb għas-sitt darba

3
0
SHARE
Advertisement

L-attakkant ta’ Barcelona Lionel Messi rebaħ il-Ballun tad-Deheb organizzat minn France Football għal rekord sitt darbiet. L-Arġentin ta’ 32 sena rebaħ dan l-unur għall-ewwel darba mill-2015, b’staġun 2018/19 mill-aqwa li fihom skorja 54 gowl mal-klabb u n-nazzjonal u reġa’ rebaħ La Liga ma’ Barcelona.

Id-difensur ta’ Liverpool Virgil van Dijk spiċċa
fit-tieni post segwit mill-ħames darbiet rebbieħ Cristiano Ronaldo li temm fit-tielet
post. Liverpool kellhom erba’ plejers mal-ewwel sebgħa, b’Sadio Mane, Mohamed
Salah u Alisson Becker jispiċċaw fir-raba’, il-ħames u s-seba’ post
rispettivament. Fis-sitt post spiċċa l-attakkant ta’ PSG Kylian Mbappe.

L-Amerikana Megan Rapinoe rebħet l-unur tan-nisa, bid-difensur
Ingliża Lucy Bronze tispiċċa fit-tieni post u Alex Morgan tal-Istati Uniti
temmet fit-tielet post.

Il-gowlkiper ta’ Liverpool Alisson Becker għeleb
l-isfida tal-gowlkiper ta’ Barcelona Marc-Andre ter Stegen u dak ta’ Manchester
City Ederson biex rebaħ l-unur inawgurali dak tat-trofew Yashin.

Id-difensur Matthijs de Ligt rebaħ it-trofew Kopa
għall-aqwa plejer ta’ taħt il-21 sena li hu magħżul mir-rebbieħa passati
tal-Ballun tad-Deheb. L-Olandiż ta’ 20 sena li ngħaqad ma’ Juventus f’dan
is-sajf, għen lil Ajax jaslu sas-semifinali tal-UEFA Champions League u kiseb
doppjetta domestika. Hu għeleb l-isfida ta’ Jadon Sancho.

The post Messi rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb għas-sitt darba appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here