Advertisement
Owen Leuellen iqis it-twelid taċ-ċkejken Max bħala l-aqwa ħaġa li ġrat lill-familja tiegħu. Hekk kiteb hu kemm fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, kif ukoll fuq l-Instagram ftit jiem ilu meta għall-ewwel darba refa’ lil Max fl-isptar ta’ Mater Dei.
Iċ-ċkejken huwa l-wild ta’ Donna, oħt Owen, u s-sieħeb tagħha Tony.
Mill-mod kif Owen jitkellem fuq iċ-ċkejken Max jidher ovvju li dan iċ-ċkejken se jkun imfissed mhux ftit.
Awguri lil Donna u
lil Tony f’okkażjoni tat-twelid ta’ Max, u awguri lil Owen fir-rwol il-ġdid
tiegħu ta’ ziju!
The post “L-aqwa ħaġa li ġrat lill-familja” – Owen Leuellen appeared first on Newsbook.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook