Home Newsbook Keith Schembri ma jitfaċċax il-Qorti

Keith Schembri ma jitfaċċax il-Qorti

5
0
SHARE
Advertisement

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri ma deherx il-qorti llum għas-smigħ f’kawża ta’ libell li fetaħ hu stess.

L-avukat tiegħu Andrew Sciberras, li kien preżenti, iddikjara li mhux se jkun qed jirrappreżenta lil Schembri aktar b’rabta ma’ dan il-każ.

Schembri kien fetaħ libell kontra l-gazzetta The Malta Independent. Dan wara li l-gazzetta ppubblikat storja li fit-titlu tagħha qalet li ġew trasferiti tliet kwarti ta’ miljun fil-kont ta’ kumpanija barra minn Malta ta’ Keith Schembri fl-2014. L-artiklu ħareġ fil-15 ta’ Settembru 2016.

L-avukat Sciberras informa lill-Maġistrat Victor Axiaq bid-deċiżjoni tiegħu.

Il-każ mistenni jkompli jinstema’ fis-27 ta’ Jannar biex Schembri jingħata
biżejjed ċans isib avukat ieħor.

The post Keith Schembri ma jitfaċċax il-Qorti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here