Home Net News Ġurnalisti għal darb’oħra aggrediti u mhedda; sitwazzjoni inaċċettabli – IĠM

Ġurnalisti għal darb’oħra aggrediti u mhedda; sitwazzjoni inaċċettabli – IĠM

3
0
SHARE
Advertisement

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin – IĠM – għal darb’oħra fi ftit jiem qed jipprotesta bil-qawwa kollha għal dak li seħħ fil-belt Valletta meta ġurnalisti li kienu qed jaqdu dmirhom biex jirrappurtaw dak li kien qed iseħħ waqt protesta quddiem il-bini tal-Parlament, sfaw aggrediti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Inċidenti simili seħħew fil-Ħamrun fejn ġurnalisti u ħaddiema ta’ Net News li ukoll kienu qed jaqdu dmirhom, sfaw mgħajra u ssutati.

L-Istitut, filwaqt
li japprezza l-ħidma tal-pulizija li evitat li l-inċidenti jeskalaw aktar, ma
jista’ qatt jaċċetta li ġurnalisti li jkunu qed jaqdu dmirhom jisfaw mhux biss
imfixkla imma anke msawta.

Għalhekk, mill-ġdid l-IĠM, appellaw biex f’dawn iż-żminijiet delikati li minnhom għaddej pajjiżna, tinżamm il-kalma u l-ġurnalisti jitħallew jaqdu dmirhom bil-libertà u b’serenità.

L-Istitut
tal-Ġurnalisti jħoss li mhux tollerabbli li ġurnalisti jkunu mfixkla, aggrediti
jew imsawwta fil-qadi ta’ dmirijiethom u għalhekk jappella lill-Pulizija biex
tagħti l-protezzjoni meħtieġa lill-membri tal-istampa u tieħu passi skont
il-liġi kontra kulmin jikser il-liġi, hu min hu.

L-Istitut juri s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-ġurnalisti aggrediti u mal-ġurnalisti kollha li qed ikomplu jaqdu dmirhom f’ċirkostanzi diffiċli biex jagħtu servizz lill-poplu dwar dak li qed iseħħ fil-pajjiż.

The post Ġurnalisti għal darb’oħra aggrediti u mhedda; sitwazzjoni inaċċettabli – IĠM appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here