Home Net News Eluf mill-ġdid jipprotestaw biex Joseph Muscat jirreżenja minnufih

Eluf mill-ġdid jipprotestaw biex Joseph Muscat jirreżenja minnufih

4
0
SHARE
Advertisement

Eluf reġgħu niżlu fit-toroq – folla kbira tipprotesta kontra l-Gvern, bis-sejħa biex il-Prim Ministru jwarrab b’mod immedjat tkompli tikber.

Dawk kollha li marru jipparteċipaw fil-protesta li saret it-Tnejn quddiem il-bini tal-Parlament sabu quddiemhom ammont enormi ta’ barrikati.

In-nies li riedu jmorru fi pjazza Ħelsien tpoġġew metri l-bogħod mill-Parlament filwaqt li kull triq li tagħti għall-Parlament kienet imblukkata minn numru ta’ barikadi li magħhom inġabbru mijiet ta’ persuni li komplew jipprotestaw.

Dan il-fatt ħoloq konġestjoni sħiħa u l-membri Parlamentari tal-Partit Laburista ma setgħux joħorġu mill-Belt Valletta.

F’mument minnhom il-Membri tal-Gvern għal xi raġuni pruvaw jimxu lejn in-nies li bdew jipprotestaw u kien hawnekk illi nqala’ paniku sħiħ fejn membri li jimmilitaw fil-Partit Labursita saħansitra qalgħu l-ġlied.

Xufier ta’ Deputat tal-Labour saħansittra ħebb għal ġurnalista li kienet hemmek tagħmel xogħolha filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima ħebb għad-deputat Nazzjonalista Karol Aqullina fost aktar ġlied illi qalgħu bosta membri tal-Partit Laburista.

Ftit wara li ġara dan kollu, il-membri tal-Gvern iddeċidew illi jieħdu selfie quddiem in-nies li kienu qed jipprotestaw biex aktar komplew joħolqu tensjoni fost dawk preżenti.

Fost dan kollu, Joseph Muscat ma kienx preżenti għaliex ħarab mill-garaxx tal-Parlament moħbi min-numru ta’ persuni tas-sigurtà biex żgur ma jidirx.

Wara ġin twil maqfulin fil-Parlament, il-membri tal-Gvern ħarġu permezz tal-karozzi tagħhom mit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta.

Il-protesta tat-Tnejn torbot mal-protesti li saru fl-aħħar ġranet…u li ġew organizzati b’reazzjoni għall-iżviluppi politiċi marbuta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u l-kriżi politika li spiċċa fiha l-pajjiż.

Il-folla prezenti kompliet twassal l-ghajta favur il-gustizzja u l-verita’, b’għajta waħda biex Joseph Muscat jirriżenja b’mod immeddjat.

Wara l-protesta quddiem il-Parlament, id-dimostranti mxew lejn Kastilja fejn hemmhekk komplew iwasslu l-ghajta taghhom kontra t-tmexxija ta’ Muscat.

The post Eluf mill-ġdid jipprotestaw biex Joseph Muscat jirreżenja minnufih appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here