Home One News Clifton Grima jsostni li l-intervent tiegħu kien biss biex iwaqqaf sitwazzjoni ta’...

Clifton Grima jsostni li l-intervent tiegħu kien biss biex iwaqqaf sitwazzjoni ta’ provokazzjoni

2
0
SHARE
Advertisement

B’referenza għall-artikli li dehru fuq diversi siti dwar dak li ġara llejla barra l-Parlament, is-Segretarju Parlamenti Clifton Grima qal li l-intervent tiegħu kien purament marbut sabiex iwaqqaf sitwazzjoni ta’ provokazzjoni li kienet qed teskala b’mod mgħaġġel ħafna.

“Assolutament ma kienx hemm id-daqqiet (blows) li hemm min qed jipprova jagħti l-impressjoni li kien hemm biex jiżgwida lill-qarrejja tiegħu”, qal Grima.

Sotna li filwaqt li kulħadd huwa f’liberta assoluta li jipprotesta fejn u meta jrid, m’huwa fl-interess ta’ ħadd li jiżviluppaw ċirkostanzi fil-limitu tal-inaċċetabbli.

Qal li l-filmati mxandra juru li, b’mod organizzat, il-membri parlamentari kellhom jibqgħu miżmuma fil-bini tal-Parlament għaliex il-folla li kienet qed tipprotesta għażlet li twaqqafhom milli jmorru lura lejn id dar wara ġurnata xogħol.

Dan ġara jiem wara li Ministru tal-Gvern spiċċa għal kważi siegħa maqbud fil-karozza tiegħu għaliex il-folla għalqet l-aċċess u bdiet issabbat u tixxuttja l-bibien u t-twieqi, u wara inċidenti fejn il-karozzi tal-Prim Ministru u Ministri oħra ġew issuttati b’ġebel u muniti bil-konsegwenza li saru ħsarat konsiderevoli u bir-riskju li jweġġgħu n-nies.

Il-Membri Parlamentari taż-żewġ naħat tal-kamra huma persuni b’familji d-dar ukoll qal Grima waqt li ttama li hemm qbil f’dan il-pajjiż li l-vjolenza u l-intimidazzjoni m’humiex tollerabbli fuq ħadd.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here