Home Net News Appell biex il-poplu jattendi għall-Protesta Nazzjonali tal-lejla

Appell biex il-poplu jattendi għall-Protesta Nazzjonali tal-lejla

35
0
SHARE
Advertisement

Is-Soċjetà Ċivili llejla se tkun qed terġa’ tingħaqad għal Protesta Nazzjonali biex twassal messaġġ favur il-Ġustizzja u kontra l-korruzzjoni istituzzjonalizzata mill-Gvern ta’ Joseph Muscat.

Fis-6pm, il-poplu qed jintalab ikun fi Pjazza Kastilja wara li d-deċiżjoni li Keith Schembri jkun illiberat tfissret bħala attakk fuq id-demokrazija u l-ġustizzja f’pajjiżna.

Permezz ta’ din il-Protesta Nazzjonali, is-Soċjetà Ċivili qed tkompli tappella għar-riżenja tal-Prim Ministru minflok ma jibqa’ jikkontrolla lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-Avukat Ġenerali.

Bi tħejjija għal din l-attività, sa minn għadd ta’ sigħat qabel, il-Pulizija tellgħu għadd ta’ barrikati quddiem Kastilja (ritratt isfel).

Sadanittant, is-Soċjetà Ċivili qed tappella wkoll lill-poplu biex jattendi għal Protesta Nazzjonali oħra, li se ssir il-Ħadd li ġej fl-4pm minn quddiem il-bini tal-Parlament.

The post Appell biex il-poplu jattendi għall-Protesta Nazzjonali tal-lejla appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here