Home Kullħadd NESCAFÉ 3IN1 LIFECYCLE CHALLENGE 2019 TONORA LIĊ-ĊIKLISTI U T-TIM GĦALL-APPOĠĠ TAGĦHOM

NESCAFÉ 3IN1 LIFECYCLE CHALLENGE 2019 TONORA LIĊ-ĊIKLISTI U T-TIM GĦALL-APPOĠĠ TAGĦHOM

13
0
SHARE
Advertisement

Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge 2019, li f’Settembru li għadda ħadet liċ-ċiklisti ta’ LifeCycle fuq rotta ta’ 2,000 kilometru mill-Vjetnam, Laos u sal-Kambodja, temmet is-sena b’ċelebrazzjoni li saret fil-Hilltop Gardens, in-Naxxar.

Tletin parteċipant li impenjaw ruħhom li jagħmlu l-isfida, uħud bħala ċiklisti jew assistenti rċevew iċ-ċertifikat Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge 2019 fil-preżenza tal-familja u l-ħbieb tagħhom. Dawn kienu: Agius Muscat Michael, Alusiola Patson Khadasia, Baluci Sandro, Calleja Paul, Cefai Christina, Cefai Julian, Cefai Shirley, Chaytor Ian, Chetucti Jean Claude, Chetcuti Melissa, Curry Alan, Darmanin Colin, Debono Ruth, Falzon Joseph, Galea Sandro , Hamilton Edward (videografu), Kariuki Mwihaki Calvin, Mercieca Raymond, Micallef Gilbert, Mifsud Romina, Mifsud Stephen, Rees Samantha, Saliba Marcel, Saliba William, Spiteri Glen, Spiteri Leslie George, Spiteri Neil, Vassallo-Agius Robert, Vella Bardon George  u Charles Zammit.

Iċ-ciklist Colin Darmanin kien rikonoxxut għall-ispirtu eċċezzjonali tiegħu u għall-prestazzjoni eżemplari fost it-tim. Hu rċieva l-Jack Bowen Award, mogħti b’tifkira għal wieħed Ingliż li miet f’Malta bil-marda tal-kliewi. Martu, s-Sinjura Bowen, għamlet għotja ta’ flus għal magna tad-dijalisi tal-kliewi bħala apprezzament għall-kura li r-raġel tagħha rċieva mingħand l-istaff tat-Taqsima tal-Kliewi u bħala ġest ta’ ringrazzjament għax-xogħol li kienet u għadha qed tagħmel il-Fondazzjoni LifeCycle.

Qabel il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati, intwera dokumentarju dwar l-attivitajiet li saru matul is-sena kif ukoll il-mumenti ta’ ferħ u tbatija li esperjenzaw iċ-ċiklisti waqt l-isfida nnifisha, li kienet tant impenjattiva u diffiċli. Id-dokumentarju kien iffilmjat u editjat professjonalment mill-vidjografu Edward Hamilton ta’ Sprout Media. Wieħed jista’ jara l-video fuq YouTube: https://www.youtube.com/watch?v=7nOz2kfwNk8&feature=youtu.be u fuq il-paġna Facebook ta’ LifeCycle.

Filwaqt li feraħ u rringrazzja lill-parteċipanti kollha u lill-familji għall-impenn, l-appoġġ u l-ħidma filantropika bla heda tagħhom, il-Fundatur LifeCycle Alan Curry qal: “Iċ-ċelebrazzjoni tal-lum hi l-qofol tal-kalendarju tal-LifeCycle billi qed niċċelebraw il-kisbiet tagħkom. Matul l-esperjenza tagħna ta’ 21 sena, il-LifeCycle Challenge baqgħet iffokata fuq il-ħidmiet filantropiċi tagħha, bħala l-unika NGO, li tgħin u tipprovdi faċilitajiet aħjar għal persuni li jbatu bi problemi fil-kliewi. “

Fost il-kontribuzzjonijiet annwali, LifeCycle tappoġġja l-manutenzjoni tal-programm tas-software Traccia fit-Taqsima tal-Kliewi, l-Isptar Mater Dei. Traccia tiffaċilita l-proċedura biex jinstab l-aqwa tqabbil kompatibbli bejn il-pazjent u d-donatur tal-kliewi.  Kontribuzzjonijiet oħra huma l-użu u l-manutenzjoni annwali ta’ vann msejjaħ Twilight Shift Van biex jittrasporta lill-pazjenti għas-sessjonijiet tad-dijalizi tagħhom filgħaxija fl-Isptar Mater Dei tlieta jew erba’ darbiet fil-ġimgħa; u l-vjaġġ annwali tal-Pellegrinaġġ għal Lourdes kull Awwissu għall-pazjenti tal-kliewi u l-istaff mediku. LifeCycle taħdem ukoll biex tkompli twassal għarfien dwar it-trapjanti tal-organi f’Malta b’kollaborazzjoni ma’ Transplant Support Group.

Barra minn hekk, din is-sena l-Fondazzjoni LifeCycle, permezz tat-twaqqif tal-proġett ġdid tagħha msemmi R.U.S.H. – Renal Unit Support Health Hub, qegħda tħallas għall-appoġġ psikoloġiku lil madwar 300 pazjent b’mard fil-kliewi u donaturi tal-kliewi. LifeCycle toffri ukoll taħdidiet dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni, kif ukoll sessjonijiet ta’ fitness b’xejn lil pazjenti tal-kliewi li jkunu qed jagħmlu trattament tad-dijalisi.

LifeCycle Challenge titlob u tirċievi donazzjonijiet ġenerużi minn individwi u kumpaniji. Għall- edizzjonijiet tal-2019 u 2020, l-isponsor ewlieni ta’ LifeCycle hu Nestlé Malta bil-brand ikonika tagħhom Nescafé. Dan l-isponsorship se jkun iddedikat esklussivament lejn programm ġdid ta’ riċerka fil-polycystic kidney disease fl-Università ta’ Malta, u lejn Renal Unit Support Health Health Hub (R.U.S.H.).

Fl-aħħar taċ-ċelebrazzjoni Alan Curry żvela d-destinazzjonijiet tan-Nescafé 3in1 Challenge LifeCycle tas-sena d-dieħla. Il-pajjiżi se jkunu l-Arġentina u ċ-Ċilì fl-Amerika t’Isfel. Għal din l-aħbar meraviljuża kull min kien preżenti kien kuntent, filwaqt li numru ta’ ċiklisti diġa’ esprimew interess li jingħaqdu mat-taħriġ u t-tħejjija għall-edizzjoni tal-2020.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here