Home Newsbook Oqgħod ‘il bogħod – il-familja ta’ Daphne lill-PM

Oqgħod ‘il bogħod – il-familja ta’ Daphne lill-PM

18
0
SHARE
Advertisement

Il-familja tal-ġurnalista
assassinata Daphne Caruana Galizia qed tappella lill-Prim Ministru biex joqgħod
‘il bogħod mill-investigazzjoni fil-każ tal-assassinju ta’ “ommna u martna”.
Insistew li l-investigazzjoni għandha tkun ħielsa minn indħil politiku.

Fi stqarrija,
il-familja ta’ Caruana Galizia, qalet li l-arrest ta’ Yorgen Fenech, sid
il-kumpanija 17 Black, huwa importanti, u “messu ilu li sar”.  Żiedu jgħidu li jinsabu ddiżgustati jaraw
lill-Prim Ministru Joseph Muscat fiċ-ċentru tal-investigazzjoni, meta, fi
kliemhom, l-investigaturi issa qed jitfgħu ħarsithom lejn ir-rabtiet korrotti
ta’ Fenech maċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u mal-Ministru
Konrad Mizzi.

Fakkret lill-Prim
Ministru li l-investigazzjoni fl-assassinju qed timplika l-uffiċċju tiegħu u
l-uffiċjali l-iktar qrib tiegħu.

“Il-Prim Ministru
m’għandu l-ebda post qrib l-investigazzjoni u għandna fiduċja li jiddistanzja
lilu nnifsu”, tkompli tgħid l-istqarrija. Saħqu li jinsabu ppreparati li jużaw
il-mezzi kollha legali għad-dispożizzjoni tagħhom biex jassiguraw li
l-investigazzjoni hija indipendenti u imparzjali.

L-istqarrja ttemm
tgħid li ħafna nies ilhom jaħdmu qatigħ għall-ġustizzja u li l-Prim Ministru m’għandux
jiżvija dan l-aħħar attentat biex issir ġustizzja ma’ ommna u martna.

The post Oqgħod ‘il bogħod – il-familja ta’ Daphne lill-PM appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here