Illejla fid-8.50pm TVM se jkun qed ixandar puntata oħra tas-sensiela
L-Għarusa b’kitba ta’ Audrey Brincat Dalli u produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media.
Naraw kif Maria Angela tipprova titkixxef mingħand Bettina fuq fejn qiegħed
Dottore Amadeo però Bettina ma tiħodhix tajjeb wisq.
Ir-relazzjoni bejn Bettina u Tonin qiegħda titjieb. Bettina tinħass aktar libera fi kliemha miegħu.
Arturo jkellem lil Amelia u jgħidilha li se tmur xi ftit ġranet għand
is-sorijiet iżda Amelia tirrispondieh lura u lil Arturo taħsdu b’li tgħid.
Tash tgħid li Liz li mill-iscans li saru fuq il-libsa jidher li l-libsa
kellha xi tgħid ħafna aktar. Iżda jiskopru li jridu permess sabiex jiskopru
aktar. Il-messaġġ ta’ Amelia wasal għand Bettina u Enrico – imma issa x’inhu
l-pjan li jmiss?
The post Filmat: Fejn se tintbgħat tgħix Amelia? appeared first on Newsbook.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook