Home Newsbook Tmut il-Prinċipessa tar-Renju tal-Kambodja

Tmut il-Prinċipessa tar-Renju tal-Kambodja

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Prinċipessa tar-Renju tal-Kambodja Norodom Bopha Devi mietet fl-età ta’ 76 sena. Il-Prinċipessa kienet serviet bħala Ministru tal-Kultura u għenet biex l-Aspara, żifna tradizzjonali tal-pajjiż, ma tintilifx.

L-Aspara kważi ntilfet għal kollox fi żmien il-Khmer Rouge.

Fuq il-paġna tal-Palazz Rjali tal-Kambodja, tħabbar li l-Prinċipessa mietet b’kawża naturali waqt li kienet rikoverata fi sptar fit-Tajlandja.

Il-Prinċipessa hi bint il-mejjet Re Norodom Sihanouk, u tiġi oħt ir-Re preżenti Norodom Sihamoni. Bopha Devi bdiet tiżfen il-ballet Kambodjan ta’ età żgħira.

Hi serviet bħala Ministru tal-Kultura bejn 1998 – 2004, wara li spiċċat l-gwerra ċivili fil-pajjiż.

Il-Prinċep Sisowath Thomico stqarr li l-legat ta’ Bopha Devi huwa l-bniet milll-ġdid il-ballet meta reġgħet ġiet lura l-Kambodja fil-bidu ta’ snin disgħin.

The post Tmut il-Prinċipessa tar-Renju tal-Kambodja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here