Home Newsbook Għall-Għawdxin li nqabdu Malta fil-maltemp…

Għall-Għawdxin li nqabdu Malta fil-maltemp…

19
0
SHARE
Advertisement

Infetħet applikazzjoni online għal dawk kollha li fit-12 ta’
Novembru nqabdu Malta jew Għawdex kawża tas-sospensjoni tas-servizz tal-Gozo
Channel minħabba l-maltemp.

Is-servizz tal-Gozo Channel kien ġie sospiż kważi għall-ġurnata sħiħa minħabba l-maltemp qawwi li ħakem il-Gżejjer Maltin. Il-vapuri tal-Gozo Channel waqqfu joperaw fil-fliegu ta’ bejn Malta u Għawdex ftit qabel nofsinhar.

Aqra: Filmat: Sospiż is-servizz tal-Gozo Channel

Is-servizz tal-Gozo Channel reġa’ ġie lura għan-normal
l-għada kmieni filgħodu.

Din l-applikazzjoni ħarġet wara li kienu saru arranġamenti biex Għawdxin li nqabdu Malta u anke viċi-versa, jkollhom akkommodazzjoni f’lukandi sakemm is-servizz jiġi lura għan-normal.

Aqra: Il-Gvern joffri kamra f’lukanda lill-Għawdxin

Il-Ministeru għal Għawdex kien għamel arranġamenti ma’ lukandi, biex dawk li m’għandhomx akkomodazzjoni jkollhom fejn iqattgħu l-lejl. Appella biex min se jagħmel lejl f’lukanda jżomm l-irċevuta.

Aqra: Is-servizz tal-Gozo Channel lura għan-normal

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said kien appella għal ġurnata off mix-xogħol għal dawk kollha li nqabdu ma jistgħux jaqsmu l-fliegu minħabba l-maltemp. Min-naħa tagħha l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li se jkun qed jitħejja pjan f’każ li jerġa’ jkun hemm maltemp li jaffettwa lill-Għawdxin.

Aqra: Se jitħejja pjan f’każ li maltemp jerġa’ jaffettwa lill-Għawdxin – Caruana

Tista’ taċċessa l-applikazzjoni online minn hawn.

The post Għall-Għawdxin li nqabdu Malta fil-maltemp… appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here