Home Net News Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Brażil

Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Brażil

6
0
SHARE
Advertisement

Max Verstappen fuq Red Bull rebaħ
il-Grand Prix tal-Brażil biex kiseb it-tmien rebħa fil-karriera tiegħu. Iżda
t-tellieqa tal-bieraħ tibqa’ mingħajr dubju mfakkra għal mod kif iż-żewġ
vetturi Ferrari misjuqa minn Vettel u Leclerc ħabtu ma’ xulxin biex it-tnejn
kellhom jirtiraw.

L-inċident li kixef fid-deher
il-firda li hemm fit-tim Ferrari seħħ fis-66 dawra meta Leclerc qabeż li Vettal
b’dan ta’ l-aħħar jidher jolqot il-vettura ta’ Leclerc bil-konsegwenza li
t-tnejn kellhom jirtiraw fejn issa se jkun hemm polemika kbira u possibilment
iridu jittieħdu xi deċiżjonijiet dixxiplinari minn naħa tad-diriġenti
tal-iscuderia minn Maranello.

Intant ir-rebħa fil-Brażil kienet
it-tielet waħda din is-sena għal Verstappen wara r-rebħiet miksuba fl-Awstrija
u l-Ġermanja. Is-sewwieq Olandiż kien dejjem f’kontroll f’Sao Paolo, f’tellieqa
li rat l-ewwel podium għal Pierre Gasly ta’ Toro Rosso li kiseb it-tieni post.

Il-Grand Prix tal-Brażil kien
l-appuntament ta’ qabel l-aħħar din is-sena, fejn il-programm tal-2019 jintemm
fl-1 ta’ Diċembru f’Abu Dhabi.

The post Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Brażil appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here