Home Net News Tsitsipas jegħleb lil Thiem fi tliet sets biex jikseb l-ikbar suċċess fil-karriera...

Tsitsipas jegħleb lil Thiem fi tliet sets biex jikseb l-ikbar suċċess fil-karriera tiegħu

3
0
SHARE
Advertisement

It-tennista Grieg Stefanos Tsitsipas
irkupra wara li tilef l-ewwel set biex għeleb lill-Awstrijak Dominic Thiem 6-7,
6-2, 7-6 biex rebaħ il-finali tal-ATP Finals li saret fl-O2 Arena ta’ Londra.

Għal Tsitsipas dan kien bla dubju
l-ikbar unur li hu kiseb s’sissa fil-karriera tiegħu. Tsitsipas sar ukoll
l-iżgħar tennista li rebaħ dan it-titlu fl-aħħar 18-il sena.

Tsitsipas li għandu 21 sena tilef
l-ewwel set bit-tie break, iżda fil-bidu tat-tieni set kellu bidu ferm tajjeb
fejn rebaħ l-ewwel erba’ games biex ħa vantaġġ tajjeb. Hu kkontrolla dan
il-vantaġġ biex rebaħ it-tieni set faċilment 6-2.

Fit-tielt set deċiżiv Tsitipas reġa’
kellu bidu tajjeb u kiseb break mis-service tal-avversarju biex fetaħ vantaġġ
ta’ 3-1. Iżda Tsitsipas ma rnexxielhux iżomm dan il-vantaġġ b’Dominc Thiem
jirkupra tajjeb u jikseb break mis-service tal-Grieg biex is-set kellu jkun
deċiż bit-tie break.

Din id-darba it-tie break mar favur
Tsitsipas biex it-tennista Greig sar l-iżgħar tennista li rebaħ dan
it-turnament ta’ tmiem is-sena, fejn qablu l-iżgħar rebbieħ kien l-Awstraljan
lleyton Hewitt li kien ittrijonfa fis-sena 2001.

Tsitsipas kien qed jagħmel l-ewwel
dehra tiegħu f’dan it-turnament li jlaqqa’ fih l-aqwa tmien tennisti ta’ matul
is-sena. Fis-semifinali Tsitsipas għeleb faċilment lil Roger Federer, li
fil-jum ta’ qabel kien ġab fix-xejn lil Novak Djokovic.

Dominic Thiem kien il-favorit għal
din il-final wara li fil-grupp rebaħ kemm kontra Roger Federer kif ukoll kontra
Novak Djokovic.

The post Tsitsipas jegħleb lil Thiem fi tliet sets biex jikseb l-ikbar suċċess fil-karriera tiegħu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here