Home Net News Marc Marquez itemm l-istaġun b’rebħa oħra

Marc Marquez itemm l-istaġun b’rebħa oħra

2
0
SHARE
Advertisement

Marc Marquez temm sena mill-aqwa meta
rebaħ l-aħħar Grand Prix tas-sena, il-Grand Prix ta’ Valencia. Bis-saħħa ta’
din ir-rebħa, Marquez ta wkoll lil Repsol Honda t-titlu dinja tal-kostrutturi.

Ir-rebħa ta’ Marquez kienet waħda
faċli u minkejja li l-istaġun ma kellux iktar x’joffri lil Marquez dan xorta
waħda ddomina u wara li mar fl-ewwel post wara it-tmien dawra, hu qatt ma ħares
lura biex rebaħ faċilment. Għal Marquez din kienet it-tnax-il rebħa tas-sena.

Għal Jorge Lorenzo din kienet l-aħħar
tellieqa fil-karriera tiegħu hekk kif hu ħabbar li din is-sena kienet se tkun
l-aħħar waħda tiegħu. Dl-aħħar Grand Prix tiegħu, Jorge Lorenzo ħames darbiet champion
tad-dinja spiċċa fit-13-il post.

The post Marc Marquez itemm l-istaġun b’rebħa oħra appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here