Home Net News Il-Portugall jikkwalifikaw bid-99 gowl ta’ Cristiano Ronaldo

Il-Portugall jikkwalifikaw bid-99 gowl ta’ Cristiano Ronaldo

3
0
SHARE
Advertisement

Cristiano Ronaldo skorja d-99 gowl
tiegħu bil-flokk tal-Portugall u għen lill-pajjiżu jikkwalifika għall-fażi
finali tal-Euro 2020. Ronaldo kien qed jittama li jgħaqqad il-100 kontra
l-Lussemburgu iżda se jkollu jistenna biex jagħmel dan.

Il-Portugall kellhom punt vantaġġ fuq
is-Serbja qabel il-logħbiet tal-bieraħ u għalhekk riedu bilfors ir-rebħa biex
jaċċertaw mill-kwalifikazzjoni. Il-Portugiżi marru minn fuq ftit qabel
l-intervall permezz ta’ Bruno Fernandez u tliet minuti m inn tmiem il-logħba
kien Cristiano Ronaldo li ssiġilla r-rebħa bit-tieni gowl.

Minn naħa tagħhom is-Serbja setgħu
jiksbu biss punt fi draw ta’ 2-2 kontra l-Ukrajna li kienu diġa’ kwalifikati.
Tadic minn penalty poġġa lis-Serbja fil-vantaġġ wara disa’ minuti iżda
Yaremchuk kiseb id-draw fit-32 minuta. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Mitrovic
reġa’ ta vantaġġ lis-Serbi, bl-Ukrajna ssalva l-logħba fit-93 minuta b’gowl
tas-sostitut Besiedin.

L-Ingilterra kisbet rebħa faċli oħra
din id-darba fi Pristina kontra l-Kosovo 4-0. Harry Winks ta vantaġġ
lill-Ingilterra fl-ewwel taqsima, bit-tim ta’ Southgate jiskorja tliet gowls
oħra fl-aħħar għaxar minuti tal-logħba.

Kien is-solitu Harry Kane li
għamilhom 2-0 fid-79 minuta biex ftit wara Rashford skorja t-tielet gowl.
Ir-raba’ u l-aħħar gowl wasal fil-ħin miżjud permezz ta’ Mount.

F’logħba oħra mill-istess Grupp
il-Bulgarija kisbet l-ewwel rebħa tagħha meta għelbet lir-Repubblika Ċeka 1-0
b’gowl ta’ Bozhikov fis-56 minuta.

It-tliet logħbiet minn Grupp H kienu
mingħajr interess peress li Franza u t-Turkija huma diġa’ kkwalifikati
mill-grupp. Franza rebħet 2-0 fl-Albanija b’gowls skorjati fl-ewwel taqsima
minn Tolisso u Griezmann.

L-istess riżultat kisbet it-Turkija
barra minn darha kontra Andorra. Għat-Torok doppjetta ta’ Unal, it-tieni wieħed
minn penalty, fl-ewwel għoxrin minuta tal-logħba. Fil-logħba l-oħra rebħa ta’
2-1 tal-Iżlanda barra minn darhom kontra l-Moldova, bilgowl rebbieħ skorjat
minn Sigurdsson fil-65 minuta, bl-istess plejer jfalli wkoll penalty ftit
wara. 

The post Il-Portugall jikkwalifikaw bid-99 gowl ta’ Cristiano Ronaldo appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here