Home Net News Jamie Webster f’pajjiżna fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-ftuħ ta’ Liverpool Supporters Club

Jamie Webster f’pajjiżna fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-ftuħ ta’ Liverpool Supporters Club

4
0
SHARE
Advertisement

Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-ftuħ ta’ Liverpool Supporters Club f’pajjiżna, il-kumitat qed jorganizza serje ta’ attivitajiet biex l-2020 tibqa’ sena memorabbli fl-istorja ta’ dan il-grupp ta’ partitarji. Wara diversi taħditiet ma’ Liverpool F.C., il-klabb Malti laħaq ftehim biex Jamie Webster jiġi f’pajjiżna.

Jamie Webster li hu affiljat mal-klabb Ingliż, ilu jagħti
kunċerti uniċi quddiem udjenzi kbar għall-partitarji ta’ Liverpool. Dawn
il-kunċerti jsiru kemm f’Liverpool kif ukoll kull fejn Liverpool jilagħbu
madwar l-Ewropa.

Webster se jkun qed jagħti żewġ kunċerti waqt il-mawra
tiegħu f’pajjiżna. Il-kunċert f’Malta se jsir illum f’Montekristo Estate filwaqt
li għada jsir kunċert f’Għawdex fil-Westend Bar Terrace fix-Xewkija. Kull min
jixtieq jattendi hu mitlub li jagħmel kuntatt mal-klabbs ta’ Liverpool f’Malta
jew f’Għawdex.

The post Jamie Webster f’pajjiżna fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-ftuħ ta’ Liverpool Supporters Club appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here