Home Newsbook Ċelebrazzjoni kompluta għat-tim Ingliż

Ċelebrazzjoni kompluta għat-tim Ingliż

3
0
SHARE
Advertisement

It-tim nazzjonali Ingliż
iċċelebra bil-kbir l-1,000 logħba tiegħu, kif ukoll assiguraw posthom fil-Euro
2020. Huma ġew l-ewwel fi Grupp A u rebħu bl-iskor kbir ta’ 7-0 kontra
l-Montenegro ġewwa Wembley.

Il-Captain tat-tim Ingliż,
Harry Kane tela’ għall-ħames l-aqwa skorer wara li għamel hat-trick fl-ewwel
taqsima tal-logħba. L-iskor infetaħ grazzi għal Alex Oxlade-Chamberlain.
Magħhom ingħaqad ukoll Marcus Rashford li skurja qabel ma’ għaddew l-ewwel 45
minuta tal-logħba.

Biex il-lejl għal Gareth
Southgate u l-Ingilterra jkun komplut, iddebutta wkoll il-plejer ta’ Leicester
City James Maddison. Tammy Abraham li daħal jilgħab fit-tieni taqsima, skurja
l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu.

Riżultati
oħra:

Grupp A

Czech Republic 2-1 Kosovo
Grupp B

Portugal 6-0 Lithuania

Serbia 3-2 Luxembourg

Grupp H

Turkey 0-0 Iceland

Albania 2-2 Andorra

France 2-1 Moldova

The post Ċelebrazzjoni kompluta għat-tim Ingliż appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here